Salmi 46:1-11

Lid-​direttur. Taʼ wlied Koraħ.+ Fuq Ix-​Xebbiet. Għanja. 46  Alla hu għalina kenn u saħħa,+Għajnuna li tistaʼ tinstab malajr matul l-​inkwiet.+  2  Għalhekk ma nibżgħux, għalkemm l-​art tinbidel+U għalkemm il-​muntanji jaqgħu f’nofs taʼ baħar vast;+  3  Għalkemm l-​ilmijiet tiegħu jitqallbu u jagħmlu r-​ragħwa,+Għalkemm il-​muntanji jitriegħdu malli jgħajjat.+ Sela.  4  Hemm xmara li n-​nixxigħat tagħha jferrħu l-​belt t’Alla,+It-​tabernaklu grandjuż, l-​iżjed wieħed qaddis, taʼ l-​Iktar Għoli.+  5  Alla qiegħed f’nofs il-​belt;+ din mhix se titħarrek.+Alla jgħinha malli tfiġġ l-​għodwa.+  6  Il-ġnus saru storbjużi,+ is-​saltniet tħarrku;Hu semmaʼ leħnu, l-​art dabet.+  7  Ġeħova taʼ l-​armati qiegħed magħna;+L-​Alla taʼ Ġakobb hu post fl-​għoli taʼ sigurtà għalina.+ Sela.  8  Ejjew, araw l-​attivitajiet taʼ Ġeħova,+Kif għamel affarijiet taʼ l-​istagħġib fuq l-​art.+  9  Qed iwaqqaf il-​gwerer sa tarf l-​art.+Il-​qaws jaqsmu fi tnejn u l-​lanza jkissirha biċċiet;+Il-​karrijiet jaħraqhom fin-​nar.+ 10  “Ċedu, u kunu afu li jien Alla.+Se nitgħolla fost il-​ġnus,+Se nitgħolla fl-​art.”+ 11  Ġeħova taʼ l-​armati qiegħed magħna;+L-​Alla taʼ Ġakobb hu post fl-​għoli taʼ sigurtà għalina.+ Sela.

Noti taʼ taħt