Salmi 14:1-7

Lid-​direttur. Taʼ David. 14  Min hu bla sens qal f’qalbu:“M’hemmx Ġeħova.”+Huma aġixxew b’mod mill-​agħar,+ għamlu affarijiet mistkerrhin.M’hemm ħadd li qed jagħmel it-​tajjeb.+  2  Ġeħova ħares ’l isfel mis-​sema lejn ulied il-​bnedmin,+Biex jara jekk hemmx xi ħadd li għandu d-​dehen, xi ħadd li qed ifittex lil Ġeħova.+  3  Ilkoll żvijaw,+ ilkoll kemm huma mħassrin;+M’hemm ħadd li qed jagħmel it-​tajjeb,+Lanqas wieħed li hu wieħed.+  4  Fost dawk li jipprattikaw il-​ħsara, m’hemm ħadd li għandu l-​għarfien?+Għax jieklu lill-​poplu tiegħi qishom qed jieklu l-​ħobż.+Ma sejħux lil Ġeħova.+  5  Imbagħad imtlew b’biżaʼ kbir,+Għax Ġeħova qiegħed fost il-​ġenerazzjoni tal-​ġust.+  6  Lill-magħkus ġegħeltuh jistħi minħabba l-​pjan tiegħu,Għax Ġeħova hu l-​kenn tiegħu.+  7  O li kieku minn Sijon tiġi s-​salvazzjoni taʼ Israel!+Meta Ġeħova jiġbor lura lill-​imjassrin tal-​poplu tiegħu,+Ħa jifraħ Ġakobb, ħa jithenna Israel.+

Noti taʼ taħt