Salmi 79:1-13
Melodija t’Asaf.
79 O Alla, il-ġnus daħlu f’wirtek;+Niġġsu t-tempju qaddis tiegħek;+Għamlu lil Ġerusalemm ħerba sħiħa.+
2 L-iġsma mejtin tal-qaddejja tiegħek tawhom bħala ikel lit-tjur tas-smewwiet,+Il-laħam tal-leali tiegħek lill-bhejjem salvaġġi taʼ l-art.+
3 Huma ferrgħulhom demmhom bħal ilmaMadwar Ġerusalemm kollha, u m’hemmx min jidfen.+
4 Sirna oġġett taʼ żebliħ għall-ġirien tagħna,+Taċ-ċajt u tad-daħq sirna għal dawk taʼ madwarna.+
5 O Ġeħova, kemm se ddum mgħaddab? Għal dejjem?+Kemm se ddum ir-rabja tiegħek taqbad bħal nar?+
6 Ferraʼ l-korla tiegħek fuq il-ġnus li ma jafukx,+U fuq is-saltniet li ma sejħux ismek.+
7 Għax huma belgħu lil Ġakobb,+U l-post fejn jgħammar għamluh ħerba.+
8 Iżżommx kontrina l-iżbalji taʼ l-antenati tagħna.+Għaġġel! Urina l-ħniniet tiegħek,+Għax infnejna għall-aħħar.+
9 Għinna, O Alla tas-salvazzjoni tagħna,+Minħabba l-glorja taʼ ismek;+U eħlisna u għatti dnubietna minħabba ismek.+
10 Għala għandhom il-ġnus jgħidu: “Fejn hu Alla tagħhom?”+Ħa jkunu jafu l-ġnus, quddiem għajnejna,+Li int titħallas tad-demm li xxerred tal-qaddejja tiegħek.+
11 Ħa jasal quddiemek it-tnehid tal-priġunieri.+Bil-kobor taʼ driegħek żomm ħajjin lil dawk li qatgħuhielhom għall-mewt.+
12 U lill-ġirien tagħna ħallashom lura sebaʼ darbiet fi ħdanhom+Għat-tmaqdir li maqdruk bih, O Ġeħova.+
13 Imma min-naħa tagħna, bħala l-poplu tiegħek u l-merħla tal-mergħa tiegħek,+Se nirringrazzjawk għal dejjem;Minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni nxandru tifħirek.+

