Salmi 20:1-9

Lid-​direttur. Melodija taʼ David. 20  Jalla Ġeħova jwieġbek f’jum in-​niket.+Ħa jipproteġik+ isem l-​Alla taʼ Ġakobb.  2  Jalla jibgħatlek l-​għajnuna mill-​post qaddis,+U jwieżnek minn Sijon.+  3  Jalla jiftakar kull offerta li għamilt bħala għotja,+U jalla jaċċetta x-​xaħam taʼ l-​offerta tiegħek tal-​ħruq.+ Sela.  4  Ħa jagħtik skond ma tixtieq qalbek,+U jwettaq kull pjan li tagħmel.+  5  Aħna se ngħajtu bil-​ferħ minħabba s-​salvazzjoni tiegħek,+U f’isem Alla tagħna ngħollu l-​bnadar tagħna.+Jalla Ġeħova jwettaqlek dak kollu li titolbu.+  6  Issa tassew naf li Ġeħova jsalva lill-​midluk tiegħu.+Iwieġbu mis-​smewwiet qaddisin tiegħu+Bl-​atti setgħanin taʼ salvazzjoni tal-​leminija tiegħu.+  7  Xi wħud isemmu l-​karrijiet u oħrajn iż-​żwiemel,+Imma aħna se nsemmu isem Ġeħova Alla tagħna.+  8  Dawk iġġarrfu u waqgħu;+Imma aħna qomna u rġajna waqafna dritti.+  9  O Ġeħova, salva lis-​sultan!+Hu se jwiġibna dakinhar li nsejħulu.+

Noti taʼ taħt