Salmi 146:1-10
146 Faħħru lil Jah!+Faħħar lil Ġeħova, O ruħi.+
2 Jien se nfaħħar lil Ġeħova matul ħajti.+Se ngħanni lil Alla tiegħi kemm indum ħaj.+
3 Tpoġġux il-fiduċja tagħkom fin-nobbli,+Lanqas f’bin il-bniedem, li ma jistaʼ jsalva lil ħadd.+
4 L-ispirtu tiegħu joħroġ,+ u hu jerġaʼ lura lejn l-art;+Dakinhar ħsibijietu jgħibu.+
5 Hieni min għandu lill-Alla taʼ Ġakobb bħala l-għajnuna tiegħu,+Li t-tama tiegħu hi f’Ġeħova Alla tiegħu,+
6 Dak li għamel is-sema u l-art,+Il-baħar, u kulma fihom,+Dak li jżomm il-verità tiegħu għal dejjem,+
7 Dak li jwettaq il-ġudizzju għal min jiġi imbroljat,+Dak li jagħti l-ħobż lil min hu bil-ġuħ.+Ġeħova qed jeħles lill-marbutin.+
8 Ġeħova qed jiftaħ għajnejn l-għomja;+Ġeħova qed iqajjem lill-imtaqqlin;+Ġeħova jħobb lill-ġusti.+
9 Ġeħova qed iħares lir-residenti barranin;+Iserraħ lit-tifel bla missier u lill-armla,+Imma jgħawweġ+ triq+ in-nies mill-agħar.
10 Ġeħova se jkun sultan għal dejjem,+Alla tiegħek, O Sijon, minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+Faħħru lil Jah!+

