Salmi 31:1-24
Lid-direttur. Melodija taʼ David.
31 Fik, O Ġeħova, stkennejt.+Jalla qatt ma jkolli għalxiex nistħi.+Bis-sewwa tiegħek ħarrabni.+
2 Mejjel widintek lejja.+Eħlisni malajr.+Sir għalija fortizza tal-blat,+Dar fortifikata biex issalvani.+
3 Għax int il-blat għoli u l-fortizza tiegħi;+U minħabba ismek+ se tmexxini u tiggwidani.+
4 Se toħroġni mix-xibka li ħbew għalija,+Għax int il-fortizza tiegħi.+
5 F’idek nafda l-ispirtu tiegħi.+Int fdejtni+ O Ġeħova, l-Alla tal-verità.+
6 Jien nobgħodhom lil dawk li jagħtu kas l-idoli fiergħa u bla siwi;+Imma ngħid għalija, jien nafda f’Ġeħova.+
7 Se nifraħ u nithenna bil-qalb tajba bl-imħabba tiegħek,+Għax int rajt is-sofferenza tiegħi;+Kont taf bin-niket taʼ ruħi,+
8 U ma rħejtnix f’idejn l-għadu.+Int qegħedtli saqajja f’post spazjuż.+
9 Ħenn għalija, O Ġeħova, għax ninsab f’sitwazzjoni mwiegħra.+Bid-dwejjaq għajnejja ddgħajfu,+ ruħi u l-ġewwieni tiegħi wkoll.+
10 Għax bis-swied taʼ qalb ħajti ntemmet,+U s-snin tiegħi bit-tnehid.+Minħabba l-iżball tiegħi l-qawwa tiegħi qed tbatti,+U għadmi ddgħajjef.+
11 Mill-ħarsa taʼ l-għedewwa+ kollha tiegħi sirt xi ħaġa taʼ tmaqdir,+L-iktar għall-ġirien tiegħi.+Dawk li jafuni jibżgħu minni.+Meta rawni barra ħarbu minni.+
12 Jien intesejt, bħal xi ħadd mejjet li m’għadux f’qalb l-oħrajn;+Sirt bħal reċipjent maqsum;+
13 Għax jien smajt it-tpaċpiċ taʼ ħsara mingħand ħafna,+U hemm twerwir fuq kull naħa.+Meta jinġemgħu flimkien ħaġa waħda kontrija,+Ifasslu kif se jiħduli ħajti.+
14 Imma jien—jien fik poġġejt il-fiduċja tiegħi, O Ġeħova.+Għedt: “Int Alla tiegħi.”+
15 Jiemi f’idejk.+Eħlisni minn id l-għedewwa tiegħi u minn dawk li jiġru warajja.+
16 Ħalli lil wiċċek jiddi fuq il-qaddej tiegħek.+Salvani bil-qalb tajba bl-imħabba tiegħek.+
17 O Ġeħova, jalla ma jkollix għalxiex nistħi, għax jien lilek sejjaħt.+Jalla jistħu dawk mill-agħar;+Jalla jibqgħu siekta fil-Qabar.*+
18 Jalla jitbikkmu x-xofftejn foloz,+Li qed jitkellmu bla rażan, b’suppervja, u b’disprezz kontra l-ġust.+
19 Kemm hi abbundanti tjubitek,+ li int erfajt għal dawk li jibżgħu minnek!+Li tajt lil dawk li jistkennu fik,Quddiem ulied il-bnedmin.+
20 Int se tostorhom fil-post sigriet tal-preżenza tiegħek+Minn dawk li jinġabru flimkien.+Se taħbihom fl-għarix tiegħek mit-tilwim taʼ l-ilsna.+
21 Ikun imbierek Ġeħova,+Għax hu wrieni qalb tajba bl-imħabba meraviljuża+ f’belt assedjata.+
22 Min-naħa tiegħi, meta ħakimni l-paniku għedt:+“Se ngħib minn quddiem għajnejk.”+Żgur li smajt leħni meta b’talb bil-ħrara għajjattlek għall-għajnuna.+
23 O ħobbu lil Ġeħova, intom il-leali kollha tiegħu.+Lil dawk li juru fedeltà Ġeħova jħarishom,+Imma jħallas bil-kbir lil kulmin juri suppervja.+
24 Kunu kuraġġużi, u qawwu qalbkom,+Intom ilkoll li qed tistennew lil Ġeħova.+
Noti taʼ taħt
^ Bl-Ebrajk, “Xeol.”

