Salmi 48:1-14
Għanja. Melodija taʼ wlied Koraħ.+
48 Ġeħova hu kbir u jistħoqqlu kull tifħir+Fil-belt t’Alla tagħna,+ fuq il-muntanja qaddisa tiegħu.+
2 Sabiħa għall-għoli tagħha, il-ferħ taʼ l-art kollha,+Hi l-Muntanja Sijon fl-iktar naħat imbegħdin tat-tramuntana,+Il-belt tas-Sultan Grandjuż.+
3 Fit-torrijiet mgħammrin tagħha Alla sar magħruf bħala post fl-għoli taʼ sigurtà.+
4 Għax, ara, is-slaten ftiehmu u ltaqgħu,+Baqgħu għaddejjin minn hawn flimkien.+
5 Huma raw, u għalhekk baqgħu mgħaġġbin.Tħawdu, ħakimhom il-paniku u telqu jiġru.+
6 Hemmhekk qabadhom it-tregħid,+L-uġigħ tal-ħlas bħal taʼ mara li qed tiled.+
7 B’riħ mil-lvant int tfarrak il-bastimenti taʼ Tarsis.+
8 Bħalma smajna, hekk rajna+Fil-belt taʼ Ġeħova taʼ l-armati, fil-belt t’Alla tagħna.+Alla se jistabbiliha fis-sod għal dejjem.+ Sela.
9 Aħna qgħadna nirriflettu, O Alla, fuq il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek+F’nofs it-tempju tiegħek.+
10 Bħal ismek,+ O Alla, hekk hu t-tifħir tiegħekSa xfar l-art.Idek il-leminija mimlija bis-sewwa.+
11 Jalla tithenna l-Muntanja Sijon,+Jalla jifirħu l-bliet żgħar taʼ* Ġuda,+ minħabba d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek.+
12 Immarċjaw madwar Sijon, u duru magħha,+Għoddu t-torrijiet tagħha.+
13 Ħarsu sew lejn il-ħitan b’saħħithom tagħha.+Iflulha t-torrijiet mgħammrin tagħha,Sabiex tkunu tistgħu tirrakkontaw dan lill-ġenerazzjoni tal-futur.+
14 Għax dan Alla hu Alla tagħna għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+Hu se jiggwidana sakemm immutu.+
Noti taʼ taħt
^ Jew, “il-bliet li jiddependu minn.” Letteralment, “il-bniet taʼ.”

