Salmi 2:1-12

2  Għala qamu f’rewwixta l-​ġnus+U l-​popli qagħdu jreddnu dwar ħaġa fiergħa?+  2  Is-slaten taʼ l-​art qed jieħdu l-​pożizzjoni tagħhom+U l-​uffiċjali għoljin inġemgħu flimkien ħaġa waħda+Kontra Ġeħova+ u kontra l-​midluk tiegħu,+  3  U jgħidu: “Ejja nkissru l-​irbit tagħhom+U narmu l-​ħbula tagħhom ’il bogħod minna!”+  4  Dak li qiegħed bil-​qiegħda fis-​smewwiet+ se jidħaq;Ġeħova se jiħodhom biċ-​ċajt.+  5  Dakinhar se jkellimhom fir-​rabja tiegħu+U minħabba r-​rabja taħraq tiegħu se jitħawdu,+  6  U jgħidilhom: “Jien, iva, jien, qegħedt is-​sultan tiegħi+Fuq Sijon,+ il-​muntanja qaddisa tiegħi.”+  7  Ħalli nirreferi għad-​digriet taʼ Ġeħova;Hu qalli: “Int ibni;+Jien, illum, sirt missierek.+  8  Itlobni,+ u jien nagħtik il-​ġnus bħala wirtek+U truf l-​art biex ikunu tiegħek.+  9  Tkissirhom b’xettru tal-​ħadid,+Tfarrakhom bħallikieku kienu reċipjent tal-​fuħħar.”+ 10  U issa, O slaten, użaw id-​dehen;Ħallu ’l min jikkoreġikom, O mħallfin taʼ l-​art.+ 11  Aqdu lil Ġeħova bil-​biżaʼ+U ifirħu bit-​tregħid.+ 12  Busu lill-​iben,+ sabiex Hu ma jagħdabxU ma tgħibux mit-​triq,+Għax ir-​rabja tiegħu tixgħel f’daqqa.+Henjin dawk kollha li jistkennu fih.+

Noti taʼ taħt