Salmi 116:1-19
116 Jien nimtela bl-imħabba meta Ġeħova jismaʼ+Leħni, it-talb bil-ħrara tiegħi.+
2 Għax hu mejjel widintu lejja,+U jien insejjaħlu tul jiemi kollha.+
3 Il-ħbula tal-mewt dawruni+U kont f’ċirkustanzi taʼ niket bħallikieku fil-Qabar.*+Inkwiet u dwejjaq bqajt insib.+
4 Imma jien sejjaħt isem Ġeħova:+“O Ġeħova, eħlisli ruħi!”+
5 Ġeħova grazzjuż u ġust;+Alla tagħna hu ħanin.+
6 Ġeħova qed iħares lil dawk taʼ bla esperjenza.+Kont batut, u hu salvani, iva, lili.+
7 Mur lura lejn il-post taʼ mistrieħ tiegħek, O ruħi,+Għax Ġeħova nnifsu aġixxa b’mod xieraq miegħek.+
8 Għax int ħlistli ruħi mill-mewt,+Għajnejja mid-dmugħ, saqajja mit-tfixkil.+
9 Jien se nimxi+ quddiem Ġeħova fl-artijiet tal-ħajjin.+
10 Kelli l-fidi,+ u għalhekk tkellimt.+Kont qed insofri ħafna.
11 Min-naħa tiegħi, meta kont mifxul bil-paniku għedt:+“Kull bniedem hu giddieb.”+
12 X’se nagħti lil Ġeħova+Għall-benefiċċji kollha li tani?+
13 Se naqbad il-kies tas-salvazzjoni grandjuża,+U nsejjaħ l-isem taʼ Ġeħova.+
14 Se rrodd il-wegħdi tiegħi lil Ġeħova,+Iva, quddiem il-poplu kollu tiegħu.
15 Prezzjuża f’għajnejn ĠeħovaHi l-mewt taʼ dawk leali lejh.+
16 Jaħasra, O Ġeħova,+Għax jien il-qaddej tiegħek.+Iva, jien il-qaddej tiegħek, bin l-ilsira tiegħek.+Int ħallejtli l-irbit tiegħi.+
17 Lilek se noffri s-sagrifiċċju taʼ radd il-ħajr,+U isem Ġeħova nsejjaħ.+
18 Se rrodd il-wegħdi tiegħi lil Ġeħova,+Iva, quddiem il-poplu kollu tiegħu,+
19 Fil-btieħi tad-dar taʼ Ġeħova,+F’nofsok, O Ġerusalemm.+Faħħru lil Jah!+
Noti taʼ taħt
^ Bl-Ebrajk, “Xeol.”

