Salmi 56:1-13

Lid-​direttur. Fuq il-​Ħamiema Silenzjuża fost dawk ’il bogħod. Taʼ David. Miktam.* Meta l-​Filistin qabduh ġo Gat.+ 56  Ħenn għalija, O Alla, għax il-​bniedem mortali pprova jaħtafni f’ħalqu.+Il-​jum kollu jiġġilidli u jaħqarni.+   L-għedewwa tiegħi pprovaw jaħtfuni f’ħalqhom il-​jum kollu.+Hemm ħafna li qed jiġġilduli għax iħossuhom superjuri.+   Min-naħa tiegħi, dakinhar li nkun beżgħan, se nafda fik.+   Billi jien f’unjoni m’Alla, se nfaħħar kelmtu.+F’Alla fdajt jien; m’iniex se nibżaʼ.+X’jistaʼ jagħmilli l-​bniedem tal-​laħam?+   Il-jum kollu jagħmluli l-​ħsara;Ħsibijiethom kollha huma kontrija biex jagħmluli d-​deni.+   Jattakkaw, jinħbew,+Joqogħdu jqisu l-​passi tiegħi,+Waqt li jistennew biex jiħduli ħajti.+   Warrabhom minħabba l-​uġigħ li jikkaġunaw.+Fir-​rabja tiegħek waqqaʼ lill-​popli, O Alla.+   Int niżżilt bil-​miktub li jien maħrub.+Poġġi fi flixkun tal-​ġild id-​dmugħ tiegħi.+M’huwiex dan fil-​ktieb tiegħek?+   F’dak iż-​żmien, l-​għedewwa tiegħi jerġgħu lura, dakinhar li nsejjaħlek;+Dan naf sew, li Alla hu favur tiegħi.+ 10  Billi jien f’unjoni m’Alla,+ se nfaħħar kelmtu;Billi jien f’unjoni maʼ Ġeħova, se nfaħħar kelmtu.+ 11  F’Alla fdajt jien. M’iniex se nibżaʼ.+X’jistaʼ jagħmilli l-​bniedem?+ 12  Jien, O Alla, marbut bil-​wegħdi li għamiltlek.+Jien se noffrilek espressjonijiet taʼ radd il-​ħajr.+ 13  Għax int ħlistli ruħi mill-​mewt+Ma ħlistlix int saqajja mit-​tfixkil?+Sabiex inkun nistaʼ nimxi quddiem Alla fid-​dawl tal-​ħajjin.+

Noti taʼ taħt

Ara Sa 16:Sopr, in-​nota taʼ taħt.