Salmi 86:1-17
Talba taʼ David.
86 Mejjel widintek, O Ġeħova. Wiġibni,+Għax jien qed insofri u fqir.+
2 Ħarisli ruħi, għax jien leali.+Int Alla tiegħi—salva lill-qaddej tiegħek li qed jafda fik.+
3 Ħenn għalija, O Ġeħova,+Għax lilek insejjaħ il-jum kollu.+
4 Ferraħ ruħ il-qaddej tiegħek,+Għax lilek nitlob u noffri ruħi,+ O Ġeħova.
5 Għax int, O Ġeħova, tajjeb+ u lest li taħfer;+U l-qalb tajba bl-imħabba tiegħek hi abbundanti maʼ dawk kollha li jsejħulek.+
6 Agħti widen, O Ġeħova, għat-talba tiegħi;+U agħti kas leħni meta nitolbok bil-ħrara.+
7 F’jum in-niket tiegħi nsejjaħlek,+Għax int twiġibni.+
8 M’hemm ħadd bħalek fost l-allat, O Ġeħova,+Lanqas m’hemm għemejjel bħal tiegħek.+
9 Il-ġnus kollha li int għamilt se jiġu+U jmilu quddiemek, O Ġeħova,+U jagħtu glorja lil ismek.+
10 Għax int kbir u qed tagħmel affarijiet taʼ l-għaġeb;+Int Alla, int biss.+
11 Istruwini, O Ġeħova, dwar triqtek.+Jien se nimxi fil-verità tiegħek.+Agħtini qalb sħiħa biex nibżaʼ minn ismek.+
12 Infaħħrek, O Ġeħova Alla tiegħi, b’qalbi kollha,+U nigglorifika lil ismek għal dejjem,
13 Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek hija kbira miegħi,+U int ħlistli ruħi mill-Qabar,* mill-iktar post baxx tiegħu.+
14 O Alla, il-prużuntużi qamu kontrija;+U l-ġemgħa tat-tiranni pprovaw jiħduli ħajti,+U ma ġabux lilek quddiemhom.+
15 Imma int, O Ġeħova, int Alla ħanin u grazzjuż,+Bil-mod biex tirrabja+ u għani fil-qalb tajba bl-imħabba u l-verità.+
16 Dur lejja u ħenn għalija.+Agħti s-saħħa tiegħek lill-qaddej tiegħek,+U salva lil bin l-ilsira tiegħek.+
17 Wettaq miegħi sinjal li juri tjubitek,Biex dawk li jobogħduni jarawh u jistħu.+Għax int innifsek, O Ġeħova, għentni u farraġtni.+
Noti taʼ taħt
^ Bl-Ebrajk, “Xeol.”

