Salmi 143:1-12
Melodija taʼ David.
143 O Ġeħova, ismaʼ talbi;+Agħti widen għas-supplika* tiegħi.+Wiġibni skond il-fedeltà u s-sewwa tiegħek.+
2 U tressaqx għall-ġudizzju lill-qaddej tiegħek;+Għax quddiemek l-ebda ħaj ma jistaʼ jkun ġust.+
3 Għax l-għadu ġera warajja;+Għaffiġni maʼ l-art.+Ġegħelni ngħammar f’postijiet mudlama qisni minn dawk li ilhom mejtin żmien twil.*+
4 U l-ispirtu tiegħi+ nfena fija;Ġo fija qalbi mtarrxa.+
5 Jien ftakart fil-jiem taʼ żmien twil ilu;+Immeditajt fuq l-attività kollha tiegħek;+Minn qalbi bqajt nikkunsidra xogħol idejk.+
6 Jien għollejt idejja lejk biex nitlob;+Ruħi għatxana għalik bħal art niexfa qoxqox.+ Sela.
7 Fittex wiġibni, O Ġeħova.+L-ispirtu tiegħi spiċċa.+Taħbix wiċċek minni,+Għax inkella nsir qisni minn dawk li neżlin fil-ħofra.+
8 Fil-għodu agħmel li nismaʼ l-qalb tajba bl-imħabba tiegħek,+Għax fik poġġejt il-fiduċja tiegħi.+Għarrafni t-triq li għandi nimxi fiha,+Għax lilek tlabt u offrejt ruħi.+
9 Eħlisni mill-għedewwa tiegħi, O Ġeħova.+Jien fittixt il-kenn fik.+
10 Għallimni nagħmel ir-rieda tiegħek,+Għax int Alla tiegħi.+L-ispirtu tiegħek tajjeb;+Ħa jmexxini fl-art tar-retti.+
11 Minħabba ismek,+ O Ġeħova, żommni ħaj.+Bis-sewwa tiegħek+ eħlisli ruħi min-niket.+
12 U fil-qalb tajba bl-imħabba tiegħek sikket lill-għedewwa tiegħi;+U eqred lil kulmin qed jiħodha kontrija,+Għax jien il-qaddej tiegħek.+
Noti taʼ taħt
^ Jew, “għat-talba bil-ħerqa.”

