Salmi 23:1-6

Melodija taʼ David. 23  Ġeħova r-​Ragħaj tiegħi.+Ma se jonqosni xejn.+  2  F’mergħat iħaddru jmiddni;+Ħdejn postijiet taʼ mistrieħ imsoqqijin tajjeb jiħodni.+  3  Lil ruħi jserraħha.+Imexxini fil-​mogħdijiet tas-​sewwa minħabba ismu.+  4  Għalkemm nimxi fil-​wied taʼ dlam ċappa,+Ma nibżaʼ mill-​ebda deni,+Għax int miegħi;+Il-​ħatar tiegħek u l-​għasluġ tiegħek ifarrġuni.+  5  Int tifrixli mejda quddiem l-​għedewwa tiegħi.+Biż-​żejt dliktli rasi;+Il-​kies tiegħi mimli sew.+  6  Żgur li t-​tjubija u l-​qalb tajba bl-​imħabba se jiġru warajja l-​jiem kollha taʼ ħajti;+U jien se ngħammar fid-​dar taʼ Ġeħova għomri kollu.+

Noti taʼ taħt