Salmi 44:1-26
Lid-direttur. Taʼ wlied Koraħ.+ Maskil.*
44 O Alla, smajna b’widnejna,Missirijietna rrakkontawlna+Dak li għamilt fi żmienhom,+Fi żmien il-qedem.+
2 B’idek keċċejt lill-ġnus l-oħrajn,+U minflokhom ħawwilt lilhom.+Int kissirt lill-popli u bgħatthom ’l hemm.+
3 Għax ma kienx permezz taʼ sejfhom li ħadu f’idejhom l-art,+U ma kienx driegħhom li salvahom.+Kienu idek il-leminija u driegħek+ u d-dawl taʼ wiċċek,Għax int ħadt gost bihom.+
4 Int is-Sultan tiegħi, O Alla.+Ordna li Ġakobb ikollu salvazzjoni grandjuża.+
5 Permezz tiegħek aħna se rrossu lill-avversarji tagħna;+F’ismek se nisħqu lil dawk li qed iqumu kontrina.+
6 Għax ma kienx fil-qaws tiegħi li fdajt+U ma kienx sejfi li salvani.+
7 Għax int salvajtna mill-avversarji tagħna,+U lil dawk mimlijin mibegħda għalina ġegħelthom jistħu.+
8 Lil Alla se nfaħħruh il-jum kollu,+U lil ismek se ngħolluh għal dejjem.+ Sela.
9 Imma issa int qed twarrabna u tumiljana,+U m’għadekx toħroġ maʼ l-armati tagħna.+
10 Int tibqaʼ ġġegħelna nerġgħu lura minn quddiem l-avversarju,+U dawk mimlijin mibegħda għalina ħarbtuna kif qablilhom.+
11 Ċedejtna bħal nagħaġ, bħal ikel,+U fost il-ġnus xerridtna.+
12 Begħt lill-poplu tiegħek kważi b’xejn,+U ma stagħnejtx bil-prezz li tlabt għalih.
13 Għamiltna oġġett taʼ żebliħ għall-ġirien tagħna,+Taċ-ċajt u tad-daħq għal dawk kollha taʼ madwarna.+
14 Int għamiltna bħal qawl fost il-ġnus,+Tixjir tar-ras fost il-popli.+
15 L-umiljazzjoni tiegħi quddiemi l-jum kollu,U wiċċi nkesa bil-mistħija,+
16 Minħabba leħen dak li qed imaqdar u jgħajjar,Minħabba l-għadu u dak li qed jivvendika ruħu.+
17 Ġie dan kollu fuqna, u aħna ma nsejniekx,+U ma ttradejniex il-patt tiegħek.+
18 Qalbna ma warrbitx minnek bi żlealtà,+Lanqas il-passi tagħna ma jiżvijaw mill-mogħdija tiegħek.+
19 Int farraktna f’post ix-xakalli,+U tgħattina bi dlam ċappa.+
20 Jekk insejna isem Alla tagħna,Jew ftaħna idejna biex nitolbu lil xi alla barrani,+
21 Ma jeżaminahiex Alla din il-ħaġa?+Għax hu jaf is-sigrieti tal-qalb.+
22 Imma minħabba fik ġejna maqtulin il-jum kollu;Ġejna meqjusin bħala nagħaġ għall-qatla.+
23 Qum. Għala tibqaʼ rieqed, O Ġeħova?+Stenbaħ. Tibqax twarrabna għal dejjem.+
24 Għala tibqaʼ taħbi wiċċek?Għala tinsa s-sofferenza u l-moħqrija tagħna?+
25 Sat-trab tbaxxiet ruħna;+Żaqqna maʼ l-art.
26 Qum għinna+U ifdina f’ġieħ il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek.+
Noti taʼ taħt
^ Ara Sa 32:Sopr, in-nota taʼ taħt.

