Salmi 69:1-36
Lid-direttur. Fuq Il-Ġilji.+ Taʼ David.
69 Salvani, O Alla, għax l-ilmijiet tant għolew li ruħi kważi għerqet.+
2 Għeriqt f’ħama fond, fejn m’hemm ebda art soda.+Sibt ruħi f’ilmijiet fondi,U nixxiegħa għaddejja tiġri ġarritni magħha.+
3 Jien għejejt ngħajjat;+Griżmejja nħanqu.Għajnejja ddgħajfu huma u jistennew lil Alla tiegħi.+
4 Dawk li jobogħduni għalxejn żdiedu iktar mix-xagħar taʼ rasi.+Kotru ħafna dawk li jridu jsikktuni fil-mewt, li huma l-għedewwa tiegħi mingħajr ebda raġuni.+Kelli rrodd dak li ma kontx ħadt b’serq.
5 O Alla, int sirt taf il-bluha tiegħi,U l-ħtija tiegħi mhix moħbija minnek.+
6 Jalla dawk li jittamaw fik ma jkollhomx għalfejn jistħu minħabba fija,+O Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-armati.+Jalla dawk li jfittxuk ma jiġux umiljati minħabba fija,+O Alla taʼ Israel.+
7 Għax minħabba fik jien issaportejt it-tmaqdir,+Wiċċi nkesa bl-umiljazzjoni.+
8 Sirt stranġier għal ħuti,+U barrani għal ulied ommi.+
9 Għax iż-żelu għal darek kielni,+U t-tmaqdir taʼ dawk li jmaqdruk waqaʼ fuqi.+
10 U bkejt u somt,+Imma dan kien taʼ tmaqdir għalija.+
11 Meta lbist l-ilbies taʼ l-ixkora,Imbagħad sirt bħal qawl għalihom.+
12 Dawk li joqogħdu bil-qiegħda f’bieb il-belt kienu moħħhom fija,+U jien kont is-suġġett taʼ l-għanjiet taʼ dawk li jixorbu xorb li jsakkar.+
13 Imma min-naħa tiegħi, jien lilek tlabt, O Ġeħova,+Fi żmien aċċettabbli, O Alla.+Fl-abbundanza tal-qalb tajba bl-imħabba tiegħek wiġibni u uri li int is-salvatur il-veru.+
14 Eħlisni mill-ħama, biex ma negħriqx.+Jalla ninħeles minn dawk li jobogħduni+ u mill-ilmijiet fondi.+
15 Jalla n-nixxiegħa għaddejja tiġri ma ġġorrnix magħha,+Il-fond ma jiblagħnix,U l-bir ma jagħlaqx fommu fuqi.+
16 Wiġibni, O Ġeħova, għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek hi kbira.+Skond il-kotra tal-ħniniet tiegħek dur lejja,+
17 U taħbix wiċċek mill-qaddej tiegħek.+Wiġibni malajr għax qiegħed f’sitwazzjoni mwiegħra.+
18 Ersaq qrib ruħi, u salvaha;+Ifdini mill-għedewwa tiegħi.+
19 Int sirt taf bit-tmaqdir, l-għajb, u l-umiljazzjoni tiegħi.+Dawk kollha li qed jiħduha kontrija qegħdin quddiemek.+
20 It-tmaqdir qasamli qalbi, u l-ferita ma titfejjaqx.+U bqajt nittama li xi ħadd jissimpatizza miegħi, imma ma kien hemm ħadd;+U li jkun hemm min ifarraġni, imma ma sibt lil ħadd.+
21 Iżda bħala ikel tawni pjanta velenuża,+U għall-għatx tiegħi pprovaw jagħtuni nixrob il-ħall.+
22 Ħa ssirilhom nasba l-mejda li għandhom quddiemhom,+U kulma kellu jkun għall-ġid tagħhom isir nassa.+
23 Ħa jiddallmu għajnejhom sabiex ma jarawx;+U ġiegħel lil ġenbejhom jitriegħdu l-ħin kollu.+
24 Sawwab fuqhom il-kundanna tiegħek,+U ħa tilħaqhom ir-rabja taħraq tiegħek.+
25 Ħa jsir ħerba l-kamp tagħhom imdawwar bil-ħitan;+U ħalli ħadd ma jgħammar fit-tined tagħhom.+
26 Għax huma ġrew wara dak li int sawwatt,+U jibqgħu jitkellmu dwar il-weġgħat taʼ dawk minfudin minnek.
27 Żid l-iżball maʼ l-iżball tagħhom,+U ħa ma jidħlux fis-sewwa tiegħek.+
28 Ħa jitħassru mill-ktieb tal-ħajjin+U ma jinkitbux man-nies sewwa.+
29 Imma jien qed insofri u nħossni muġugħ.+Jalla tipproteġini s-salvazzjoni tiegħek, O Alla.+
30 Jien se nfaħħar l-isem t’Alla bil-kant+U nkabbru b’radd il-ħajr.+
31 Lil Ġeħova, dan se jogħġbu iktar minn barri,+Minn barri żgħir bil-qrun u b’difru maqsum.+
32 Il-ġwejdin żgur jaraw dan u jifirħu.+Intom li qed tfittxu lil Alla, ħa tibqaʼ ħajja qalbkom ukoll.+
33 Għax Ġeħova qed jismaʼ lill-foqra,+U mhux se jistmerr lill-priġunieri tiegħu stess.+
34 Ħa jfaħħruh is-sema u l-art,+L-ibħra u kulma jitħarrek fihom.+
35 Għax Alla nnifsu se jsalva lil Sijon+U jibni l-bliet taʼ Ġuda;+U huma jgħammru hemm u jieħdu din l-art f’idejhom.+
36 U jirtuha wlied il-qaddejja tiegħu,+U dawk li jħobbu lil ismu se jgħammru fiha.+

