Salmi 34:1-22
Taʼ David, meta għamilha taʼ bir-ruħu li tilef moħħu+ quddiem Abimelek, u dan keċċieh u hu telaq.
א [Alef]
34 Jien se nbierek lil Ġeħova dejjem;+Fommi se jfaħħru l-ħin kollu.+
ב [Bet]
2 Ruħi se tiftaħar b’Ġeħova;+Il-ġwejdin se jisimgħu u jifirħu.+
ג [Gimel]
3 Faħħru bil-kbir lil Ġeħova miegħi,+U ejjew ngħollu ismu flimkien.+
ד [Dalet]
4 Jien staqsejt lil Ġeħova, u hu wiġibni,+U mill-biżaʼ kollu tiegħi ħelisni.+
ה [Ħe]
5 Xegħel wiċċ dawk li ttamaw fih,+U xejn ma setaʼ jġegħelhom jistħu.+
ז [Żajin]
6 Dan il-magħkus sejjaħ, u Ġeħova semaʼ.+U min-niket kollu tiegħu Hu salvah.+
ח [Ħet]
7 L-anġlu taʼ Ġeħova qed jikkampja madwar dawk li jibżgħu minnu,+U hu jeħlishom.+
ט [Tet]
8 Duqu u araw li Ġeħova hu tajjeb;+Hieni r-raġel b’saħħtu li jistkenn fih.+
י [Jod]
9 Ibżgħu minn Ġeħova, intom il-qaddisin tiegħu,+Għax dawk li jibżgħu minnu ma jkun jonqoshom xejn.+
כ [Kaf]
10 L-iljuni b’saħħithom kellhom ftit u sfaw bil-ġuħ;+Imma dawk li jfittxu lil Ġeħova ma jonqoshom xejn li hu tajjeb.+
ל [Lamed]
11 Ejjew, uliedi, isimgħuni;+Il-biżaʼ taʼ Ġeħova se ngħallimkom.+
מ [Mem]
12 Min hu l-bniedem li qed jitgħaxxaq bil-ħajja,+Li jixtieq jara ħafna jiem tajbin?+
נ [Nun]
13 Ħares ilsienek mill-ħażen,+U xofftejk milli jitkellmu l-qerq.+
ס [Samek]
14 Tbiegħed mill-ħażen, u agħmel it-tajjeb;+Fittex il-paċi, u iġri warajha.+
ע [Għajn]
15 Għajnejn Ġeħova huma fuq in-nies sewwa,+U widnejh miftuħin għall-għajta tagħhom għall-għajnuna.+
פ [Pe]
16 Ġeħova jdawwar wiċċu lil hinn minn dawk li qed jagħmlu l-ħażen,+Biex ma jissemmewx iktar fuq l-art.+
צ [Sade]
17 Il-ġusti għajtu, u Ġeħova semaʼ,+U min-niket kollu tagħhom ħelishom.+
ק [Kof]
18 Ġeħova hu qrib dawk li għandhom qalbhom maqsuma;+U lil dawk bi spirtu miksur isalvahom.+
ר [Rex]
19 Bosta huma l-gwajijiet tal-ġust,+Imma Ġeħova jeħilsu minnhom kollha.+
ש [Xin]
20 Hu qed jgħasses l-għadam kollu taʼ dak il-wieħed;Lanqas waħda minnhom ma ġiet miksura.+
ת [Taw]
21 Il-gwaj se joqtol lill-bniedem mill-agħar;+U dawk li jobogħdu lill-ġust se jinstabu ħatjin.+
22 Ġeħova qed jifdi ruħ il-qaddejja tiegħu;+U ħadd minn dawk li jistkennu fih ma se jinstab ħati.+

