Salmi 135:1-21
135 Faħħru lil Jah!+Faħħru isem Ġeħova,+Offrulu tifħir, O qaddejja taʼ Ġeħova,+
2 Intom li qegħdin weqfin fid-dar taʼ Ġeħova,+Fil-btieħi tad-dar t’Alla tagħna.+
3 Faħħru lil Jah, għax Ġeħova hu tajjeb.+Għannu lil ismu, għax dan hu pjaċevoli.+
4 Għax Jah għażel lil Ġakobb għalih,+Lil Israel bħala l-proprjetà speċjali tiegħu.+
5 Għax jien naf tajjeb li Ġeħova hu kbir,+U l-Mulej tagħna hu ogħla mill-allat l-oħrajn kollha.+
6 Kulma Ġeħova għoġbu jagħmel għamlu+Fis-smewwiet u fl-art, fl-ibħra u fl-ilmijiet fondi kollha.+
7 Itellaʼ l-fwar minn tarf l-art;+Għamel ukoll bibien għax-xita;+Joħroġ ir-riħ mill-imħażen tiegħu,+
8 Hu li qatel lill-ewwel imweldin taʼ l-Eġittu,+Sew bnedmin u sew bhejjem.+
9 Bagħat sinjali u mirakli f’nofsok, O Eġittu,+Fuq il-Fargħun u fuq il-qaddejja kollha tiegħu;+
10 Hu li laqat lil ħafna ġnus+U qatel lil slaten qawwijin,+
11 Iva, lil Siħon is-sultan taʼ l-Amurrin+U lil Għog is-sultan tal-Basan+U s-saltniet kollha taʼ Kangħan,+
12 U li ta arthom bħala wirt,+Wirt lil Israel il-poplu tiegħu.+
13 O Ġeħova, ismek hu għal dejjem.+O Ġeħova, it-tifkira tiegħek hi minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+
14 Għax Ġeħova se jiddefendi l-kawża tal-poplu tiegħu,+U se jiddispjaċih għall-qaddejja tiegħu.+
15 L-idoli tal-ġnus huma fidda u deheb,+Xogħol idejn il-bniedem.+
16 Fomm għandhom, imma ma jistgħu jgħidu xejn;+Għajnejn għandhom, imma ma jistgħu jaraw xejn;+
17 Widnejn għandhom, imma ma jistgħu jisimgħu xejn.+Barra minn hekk, ma jeżisti ebda spirtu f’fommhom.+
18 Dawk li jagħmluhom isiru bħalhom,+Kulmin jafda fihom.+
19 O intom taʼ dar Israel, bierku lil Ġeħova.+O intom taʼ dar Aron, bierku lil Ġeħova.+
20 O intom taʼ dar Levi, bierku lil Ġeħova.+Intom li tibżgħu minn Ġeħova, bierku lil Ġeħova.+
21 Imbierek minn ġo Sijon ikun Ġeħova,+Li qed jgħammar f’Ġerusalemm.+Faħħru lil Jah!+

