Salmi 24:1-10
Taʼ David. Melodija.
24 Taʼ Ġeħova l-art u kulma fiha,+L-art produttiva u dawk li jgħammru fiha.+
2 Għax fuq l-ibħra sejjisha,+U fuq ix-xmajjar iżommha stabbilita fis-sod.+
3 Min jistaʼ jitlaʼ fuq il-muntanja taʼ Ġeħova?+U min jistaʼ jitlaʼ fil-post qaddis tiegħu?+
4 Kulmin għandu idejh innoċenti u qalbu nadifa,+Li ma qiesx lil Ruħi* bla siwi,+Lanqas ma ħalef bil-qerq.+
5 Hu se jieħu l-barka mingħand Ġeħova+U s-sewwa mingħand Alla tas-salvazzjoni tiegħu.+
6 Din hi l-ġenerazzjoni taʼ dawk li qed ifittxuh,Taʼ dawk li qed ifittxu lil wiċċek, O Alla taʼ Ġakobb.+ Sela.
7 “Għollu raskom, O bibien,+U għolew ’il fuq, O daħliet minn żmien twil ilu,+Sabiex is-Sultan glorjuż ikun jistaʼ jidħol!”+
8 “Mela min hu dan is-Sultan glorjuż?”+“Ġeħova b’saħħtu u setgħan,+Ġeħova setgħan fil-battalja.”+
9 “Għollu raskom, O bibien;+Iva, għolluhom ’il fuq, O daħliet minn żmien twil ilu,Sabiex is-Sultan glorjuż ikun jistaʼ jidħol!”+
10 “Mela min hu dan is-Sultan glorjuż?”“Ġeħova taʼ l-armati—hu s-Sultan glorjuż.”+ Sela.
Noti taʼ taħt
^ Jew, “Ħajti,” b’referenza għal ħajjet Ġeħova li individwu jaħlef biha.

