Salmi 8:1-9

Lid-​direttur. Fuq il-​Gittit.*+ Melodija taʼ David. 8  O Ġeħova Mulej tagħna, kemm hu maestuż ismek fl-​art kollha,+Int li d-​dinjità tiegħek imsemmija ’l fuq mis-​smewwiet!+  2  Minn fomm it-​tfal u t-​trabi tal-​ħalib int urejt saħħtek,+Minħabba dawk li qed jiħduha kontrik,+Sabiex twaqqaf lill-​għadu u ’l dak li qed jivvendika ruħu.+  3  Meta nara s-​smewwiet tiegħek, għemil subgħajk,+Il-​qamar u l-​kwiekeb li int ħejjejt,+  4  X’inhu l-​bniedem mortali+ biex iżżommu f’moħħok,+U bin il-​bniedem biex tieħu ħsiebu?+  5  Int għamiltu ftit inqas minn dawk li qishom allat,+U bi glorja+ u ġmiel inkurunajtu.+  6  Għamiltu jiddomina fuq għemil idejk;+Kollox qegħedtlu taħt saqajh:+  7  Nagħaġ u mogħoż u gniedes, ilkoll kemm huma,+Kif ukoll il-​bhejjem tar-​rabaʼ,+  8  L-għasafar tas-​sema u l-​ħut tal-​baħar,+Kulma jgħaddi mill-​passaġġi taʼ l-​ibħra.+  9  O Ġeħova Mulej tagħna, kemm hu maestuż ismek fl-​art kollha!+

Noti taʼ taħt

^ Espressjoni Ebrajka użata fil-​mużika li t-​tifsira tagħha mhix ċerta.