Salmi 4:1-8

Lid-​direttur. Fuq l-​istrumenti tal-​korda.+ Melodija taʼ David. 4  Meta nsejjaħ wiġibni, O Alla ġust tiegħi.+Fi żmien id-​dwejjaq, oħroġni fil-​wisaʼ.Ħenn għalija+ u ismaʼ t-​talba tiegħi.  2  O wlied il-​bnedmin, kemm se ddumu tinsultaw il-​glorja tiegħi,+Waqt li tibqgħu tħobbu l-​frugħat,Waqt li tibqgħu tipprovaw issibu gidba? Sela.  3  Kunu afu li Ġeħova jittrattah b’mod speċjali lil dak li hu leali lejh;+Ġeħova jismaʼ meta nsejjaħlu.+  4  Jekk tibdew tħossukom aġitati, tidinbux.+Tkellmu f’qalbkom, fis-​sodda tagħkom,+ u ibqgħu siekta. Sela.  5  Offru s-​sagrifiċċji tas-​sewwa,+U afdaw f’Ġeħova.+  6  Hemm ħafna li qed jgħidu: “Min se jurina affarijiet tajbin?”Itfaʼ d-​dawl taʼ wiċċek fuqna,+ O Ġeħova.  7  Int tferraħli qalbi+Iktar milli ferħu huma meta kellhom ħafna qmuħ u nbid ġdid.+  8  Nimtedd u norqod fil-​paċi,+Għax int waħdek, O Ġeħova, tħallini ngħammar fis-​sigurtà.+

Noti taʼ taħt