Salmi 145:1-21
Għanja taʼ tifħir. Taʼ David.
א [Alef]
145 Jien se ngħollik bit-tifħir, O Alla tiegħi s-Sultan,+U se nbierek lil ismek għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+
ב [Bet]
2 Il-jum kollu se nbierkek+U nfaħħar ismek għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+
ג [Gimel]
3 Ġeħova hu kbir u jistħoqqlu kull tifħir,+U l-kobor tiegħu ma jistax jinkixef.+
ד [Dalet]
4 Ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni se tfaħħar xogħlijietek,+U dwar l-atti setgħanin tiegħek se jitkellmu.+
ה [Ħe]
5 Fil-ġmiel glorjuż tad-dinjità tiegħek+U fl-aspetti taʼ l-għemejjel tiegħek taʼ l-għaġeb se nkun moħħni jien.+
ו [Waw]
6 U se jitkellmu dwar il-qawwa taʼ l-affarijiet tiegħek li jqanqlu l-biżaʼ;+U jien inxandar il-kobor tiegħek.+
ז [Żajin]
7 Għall-abbundanza tat-tjubija tiegħek huma se jbaqbqu,+U minħabba s-sewwa tiegħek jgħajtu bil-ferħ.+
ח [Ħet]
8 Ġeħova grazzjuż u ħanin,+Bil-mod biex jirrabja u kbir fil-qalb tajba bl-imħabba.+
ט [Tet]
9 Ġeħova hu tajjeb maʼ kulħadd,+U l-ħniniet tiegħu huma fuq xogħlijietu kollha.+
י [Jod]
10 Xogħlijietek kollha se jfaħħruk, O Ġeħova,+U dawk leali lejk iberkuk.+
כ [Kaf]
11 Dwar il-glorja taʼ saltnatek se jitkellmu,+U jgħidu dwar is-setgħa tiegħek,+
ל [Lamed]
12 Biex lil ulied il-bnedmin jgħarrfuhom l-atti setgħanin tiegħu+U l-glorja tal-ġmiel taʼ saltnatu.+
מ [Mem]
13 Saltnatek hi saltna għal dejjem,+U d-dominju tiegħek huwa għall-ġenerazzjonijiet kollha.+
ס [Samek]
14 Ġeħova qed iżomm lil kulmin qed jaqaʼ,+U qed iqajjem lil kulmin hu mtaqqal.+
ע [Għajn]
15 Għajnejn il-ħlejjaq kollha jħarsu lejk mimlijin tama,+U int qed tagħtihom l-ikel fl-istaġun tiegħu.+
פ [Pe]
16 Int qed tiftaħ idek+U tissodisfa x-xewqa taʼ kull ħaġa ħajja.+
צ [Sade]
17 Ġeħova hu ġust fi triqatu kollha+U leali fl-għemejjel kollha tiegħu.+
ק [Kof]
18 Ġeħova hu qrib dawk kollha li jsejħulu,+Dawk kollha li jsejħulu bil-verità.+
ר [Rex]
19 Hu se jwettaq ix-xewqa taʼ dawk li jibżgħu minnu,+U se jismaʼ l-għajta tagħhom għall-għajnuna u jsalvahom.+
ש [Xin]
20 Ġeħova qed iħares lil kulmin iħobbu,+Imma lill-ħżiena kollha se jeqridhom għalkollox.+
ת [Taw]
21 Tifħir lil Ġeħova se jxandar fommi;+U ħa tbierek kull ħliqa tal-laħam lill-isem qaddis tiegħu għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+

