Salmi 96:1-13

96  Kantaw lil Ġeħova għanja ġdida.+Kantaw lil Ġeħova, nies kollha taʼ l-​art.+  2  Kantaw lil Ġeħova, bierku lil ismu.+Minn jum għal jum għidu l-​aħbar tajba taʼ salvazzjoni mingħandu.+  3  Iddikjaraw fost il-​ġnus il-​glorja tiegħu,+Fost il-​popli kollha l-​għemejjel tiegħu taʼ l-​għaġeb.+  4  Għax Ġeħova hu kbir+ u jistħoqqlu kull tifħir.Iqanqal il-​biżaʼ iktar mill-​allat l-​oħrajn kollha.+  5  Għax l-​allat kollha tal-​popli huma allat bla siwi;+Imma Ġeħova għamel is-​smewwiet.+  6  Id-dinjità u l-​glorja qegħdin quddiemu;+Is-​saħħa u s-​sbuħija qegħdin fis-​santwarju tiegħu.+  7  Irrikonoxxu lil Ġeħova, O familji tal-​popli,+Irrikonoxxu l-​glorja u s-​saħħa taʼ Ġeħova.+  8  Irrikonoxxu l-​glorja taʼ isem Ġeħova;+Aqbdu għotja u idħlu fil-​btieħi tiegħu.+  9  Milu quddiem Ġeħova mżejnin bi lbies qaddis;+Imtlew bil-​biżaʼ* minħabba fih, intom in-​nies kollha taʼ l-​art.+ 10  Għidu fost il-​ġnus: “Ġeħova sar sultan.+L-​art produttiva wkoll hi stabbilita fis-​sod, u b’hekk ma tistax titħarrek.+Hu se jiddefendi l-​kawża tal-​popli b’mod rett.”+ 11  Ħa jithennew is-​smewwiet, u ħa tifraħ l-​art.+Ħa jgħajjat il-​baħar u kulma fih.+ 12  Ħa tifraħ il-​kampanja u dak kollu li hemm fiha.+Fl-​istess ħin ħa jgħajtu bil-​ferħ is-​siġar kollha tal-​foresta+ 13  Quddiem Ġeħova. Għax hu ġie;+Għax hu ġie biex jiġġudika l-​art.+Se jiġġudika l-​art abitata bis-​sewwa+U lill-​popli bil-​fedeltà tiegħu.+

Noti taʼ taħt

^ Jew, “Ħossu wġigħ kbir.”