Salmi 97:1-12

97  Ġeħova sar sultan!+ Ħa tifraħ l-​art.+Ħa jithennew il-​ħafna gżejjer.+  2  Sħab u dalma ħoxna hemm madwaru;+Fuq is-​sewwa u l-​ġudizzju hu stabbilit it-​tron tiegħu.+  3  In-nar jimxi quddiemu,+U jiblaʼ lill-​avversarji tiegħu taʼ madwaru.+  4  Is-sajjetti tiegħu dawlu l-​art produttiva;+L-​art rat dan u qabadha wġigħ kbir.+  5  Il-muntanji dabu bħax-​xamaʼ minħabba Ġeħova,+Minħabba l-​Mulej taʼ l-​art kollha.+  6  Is-smewwiet irrakkontaw is-​sewwa tiegħu,+U l-​popli kollha raw il-​glorja tiegħu.+  7  Ħa jistħu dawk kollha li jaqdu xbieha skolpita,+Dawk li jiftaħru b’allat bla siwi.+Milu quddiemu, intom l-​allat kollha.+  8  Sijon semgħet u bdiet tithenna,+U l-​bliet żgħar taʼ* Ġuda bdew jifirħu+Minħabba d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek, O Ġeħova.+  9  Għax int, O Ġeħova, int l-​Iktar Għoli fuq l-​art kollha;+Int tlajt fl-​għoli ferm, ’il fuq mill-​allat l-​oħrajn kollha.+ 10  O intom li tħobbu lil Ġeħova,+ obogħdu dak li hu ħażin.+Hu qed iħares ruħ il-​leali tiegħu;+Minn id dawk mill-​agħar jeħlishom.+ 11  Leħħ dawl għall-​ġust,+U ferħ għal dawk retti f’qalbhom.+ 12  Thennew b’Ġeħova, O ġusti,+U roddu ħajr għat-​tifkira qaddisa tiegħu.+

Noti taʼ taħt

^ Jew, “il-​bliet li jiddependu minn.”