Salm 54:1-7
-
Jitlob għall-għajnuna waqt li qiegħed fost l-għedewwa
-
“Ġeħova hu dak li jgħinni” (4)
-
Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda. Maskil* taʼ David. Meta ż-Żifin daħlu u qalu lil Sawl: “David qed jinħeba fostna.”
54 Salvani bis-saħħa t’ismek, Alla tiegħi.
Iddefendini* bis-saħħa tiegħek.
2 Ismaʼ t-talba tiegħi, Alla tiegħi;Jekk jogħġbok, oqgħod attent għal dak li qed ngħid.
3 Għax qamu kontrija nies li ma nafhomx,U nies bla qalb qed jipprovaw joqtluni.*
Huma ma jinteressahomx minn Alla.* (Sela)
4 Alla Ġeħova hu dak li jgħinni;Hu qiegħed maʼ dawk li qed jappoġġawni.*
5 Il-ħażen li l-għedewwa tiegħi ġabu fuq ħaddieħor,Hu se jġibu lura fuqhom.
Alla tiegħi, eqridhom* għax int leali.
6 Jien se noffrilek sagrifiċċji mill-qalb.
Ġeħova, jien se nfaħħar lill-isem mill-isbaħ tiegħek.
7 Għax int issalvani mit-tbatija kollha tiegħi,U se nara lill-għedewwa tiegħi jitilfu.
Noti taʼ taħt
^ Jew “Aqbeż għalija.”
^ Jew “joqtlu lil ruħi.”
^ Jew “ma jżommux lil Alla quddiemhom.”
^ Jew “jappoġġaw lil ruħi.”
^ Letteralment “sikkithom.”

