Isaija 9:1-21

  • Dawl kbir fl-art tal-Galilija (1-7)

    • Jitwieled il-“Prinċep tal-Paċi” (6, 7)

  • Il-qawwa t’Alla kontra Iżrael (8-21)

9  Però, id-dalma mhux se tkun bħal meta l-art kienet għaddejja mill-inkwiet, bħal meta kienu ġew immaqdrin l-art taʼ Żebulun u l-art taʼ Naftali. Imma iktar tard, Alla se jara li jiġu onorati t-triq taʼ ħdejn il-baħar, ir-reġjun tal-Ġordan, u l-Galilija tal-popli.  2  In-nies li kienu mexjin fid-dlamRaw dawl kbir. U dawk li kienu qed jgħixu f’art li kienet fi dlam ċappa,Idda fuqhom id-dawl.  3  Int kabbart il-poplu;Int ferraħthom ħafna. Huma jifirħu quddiemekBħal meta n-nies jifirħu fi żmien il-ħsad,Bħal dawk li jifirħu meta jaqsmu dak li jkunu ħadu mill-gwerra.  4  Għax int farrakt il-madmad tat-tagħbija tagħhom,Il-bastun taʼ fuq spallejhom, u l-ħatar taʼ dak li jġegħelhom jaħdmu,Bħal dakinhar li ntrebħet Midjan.  5  Is-sandlijiet tas-suldati li jriegħdu l-art waqt li jimmarċjawU l-ħwejjeġ tagħhom imxarrbin bid-demmSe jintużaw biex ikompli jaqbad in-nar.  6  Għax twildilna tifel,U ngħatalna iben;Hu se jkollu l-awtorità li jmexxi.* Hu se jissejjaħ Kunsillier tal-Għaġeb, Alla b’Saħħtu, Missier għal Dejjem, u Prinċep tal-Paċi.  7  It-tmexxija tiegħu se tkompli tikberU l-paċi tiegħu mhu se tispiċċa qattFuq it-tron taʼ David u fis-saltna tiegħu. B’hekk ikun jistaʼ jistabbiliha fis-sod u jsaħħaħhaPermezz tal-ġustizzja u s-sewwa,Minn issa u għal dejjem. Ġeħova tal-armati se jagħmel dan bil-ħeġġa.  8  Ġeħova bagħat messaġġ taʼ ġudizzju kontra Ġakobb,U dan intqal f’Iżrael.  9  U n-nies kollha se jsiru jafu b’dan. Iva, dawk kollha f’Efrajm, inkluż dawk fis-Samarija,Li bi kburija u b’nuqqas taʼ rispett jgħidu: 10  “Waqaʼ l-briks,Imma aħna se nibnu b’ġebel maqtugħ bl-għodda. Tqaċċtu s-siġar tal-ġummajż,*Imma minflokhom se nħawlu s-siġar taċ-ċedri.” 11  Ġeħova se jħalli l-għedewwa taʼ Resin jiħduha kontra Iżrael,U se jġiegħel lil dawk taʼ kontra Iżrael jattakkaw. 12  Is-Sirja se tattakka mil-Lvant u l-Filistin mill-Punent,* Huma se jibilgħu lil Iżrael b’ħalq miftuħ. Minħabba li huma ribellużi, hu għadu rrabjat magħhomU qed juża l-qawwa tiegħu biex jikkastigahom. 13  Għax in-nies ma marrux lura lejn Dak li kkastigahom;Huma ma fittxewx lil Ġeħova tal-armati. 14  F’ġurnata waħda, Ġeħova se jaqtaʼ minn IżraelIr-ras u d-denb, ir-rimja u l-ħaxix twil.* 15  L-anzjan* li hu rrispettat ħafna huwa r-ras,U l-profeta li jgħallem dak li mhux veru huwa d-denb. 16  Dawk li qegħdin imexxu dan il-poplu ġegħluh jiżvija,U dawk li huma mmexxijin, huma mħawdin. 17  Hu għalhekk li Ġeħova mhux se jifraħ biż-żgħażagħ tagħhomU mhux se juri ħniena mal-orfni* u r-romol nisa tagħhom,Għax huma kollha apostati u jagħmlu dak li hu ħażin,U kulħadd qed jitkellem bla sens. Minħabba li huma ribellużi, hu għadu rrabjat magħhomU qed juża l-qawwa tiegħu biex jikkastigahom. 18  Għax il-ħażen jaqbad bħal nar. Dan jaħraq l-għollieq u l-ħaxix ħażin. Se jaħraq is-siġar żgħar tal-foresta,U d-duħħan tagħhom jitlaʼ qisu sħab. 19  Minħabba r-rabja kbira taʼ Ġeħova tal-armati,Il-pajjiż se jieħu n-nar,U n-nies se jintużaw biex ikompli jaqbad in-nar. Ħadd mhu se juri ħniena, lanqas maʼ ħuh stess. 20  Wieħed se jaqtaʼ xi ħaġa x’jiekol mil-lemin,Imma jibqaʼ bil-ġuħ;U xi ħadd se jiekol mix-xellug,Imma ma jinfaqax. Kull wieħed se jiblaʼ l-laħam t’idu stess, 21  Manasse se jiblaʼ lil Efrajm,U Efrajm lil Manasse. Flimkien se jmorru kontra Ġuda. Minħabba li huma ribellużi, Alla għadu rrabjat magħhomU qed juża l-qawwa tiegħu biex jikkastigahom.

Noti taʼ taħt

Jew “It-tmexxija se tkun fuq spalltu.”
Tip taʼ siġar tat-tin.
Letteralment “minn wara.”
Jew forsi “l-friegħi tal-palm u l-qasab.”
Letteralment “mat-tfal bla missier.”