Isaija 17:1-14

  • Messaġġ taʼ ġudizzju kontra Damasku (1-11)

  • Il-ġnus se jiġu kkoreġuti minn Ġeħova (12-14)

17  Dan hu messaġġ taʼ ġudizzju kontra Damasku: “Damasku mhux se tibqaʼ belt,U se ssir ħerba.  2  Il-bliet t’Għarogħer se jkunu abbandunati;Dawn se jsiru biss postijiet fejn l-imrieħel jimtedduU ma jbeżżagħhom ħadd.  3  Il-bliet iffortifikati se jisparixxu minn Efrajm,U s-saltna se tisparixxi minn Damasku;Il-glorja taʼ dawk li jifdal mis-SirjaSe tkun bħal dik tal-Iżraelin,”* jgħid Ġeħova tal-armati.  4  “Dakinhar, il-glorja taʼ Ġakobb se tonqos,U l-ġisem b’saħħtu tiegħu se jirqaq.  5  Dan se jkun bħal meta xi ħadd jaħsad l-għelieqi taċ-ċereali*U jiġbor is-sbul,Bħal meta xi ħadd ilaqqat iċ-ċereali fil-Wied* taʼ Refajm.  6  Tilqit biss se jifdal. Bħal meta tiġi mfarfra siġra taż-żebbuġ U jifdal żewġ jew tliet żebbuġiet misjurin fil-fergħa l-iktar għolja tagħha,U erbgħa jew ħamsa fil-friegħi li jagħmlu l-iktar frott,” jgħid Ġeħova l-Alla t’Iżrael. 7  Dakinhar il-bniedem se jfittex l-għajnuna mingħand Dak li għamlu, u se jittama fil-Qaddis t’Iżrael. 8  Hu mhux se jittama fl-artali li għamel; u mhux se jittama fix-xogħol taʼ jdejh, la fl-arbli sagri* u lanqas fl-artali tal-inċens.  9  Dakinhar il-bliet iffortifikati tiegħu se jsiru bħal post abbandunat fil-bosk,Bħal fergħa li ġiet abbandunata quddiem l-Iżraelin;Se jkun hemm ħerba. 10  Għax int insejt l-Alla li jsalvak;Int ma ftakartx fil-Blata tal-fortizza tiegħek. Hu għalhekk li ħawwilt xtieli sbieħ,U għamilthom maʼ fergħa taʼ stranġier.* 11  Matul il-ġurnata, int tagħmel ilqugħ madwar ix-xtieli tiegħek b’attenzjoni,Filgħodu tara li ż-żrieragħ ikunu diġà qed jinbtu,Imma mhux se jkun hemm ħsad meta tkun ma tiflaħx ħafna u jkollok uġigħ li ma jitfejjaqx. 12  Isimgħu l-konfużjoni taʼ ħafna popli! Huma qed jitqallbu bħall-baħar! Isimgħu l-istorbju tal-ġnus,Li qed jagħmlu ħoss bħal taʼ ilmijiet b’saħħithom! 13  Il-ġnus se jagħmlu ħoss bħal taʼ ħafna ilmijiet. Alla se jikkoreġihom u huma jaħarbu ’l bogħod,Huma se jaħarbu bħalma r-riħ iġorr il-qoxra taż-żerriegħa fuq il-muntanji,Huma se jaħarbu bħalma riħ b’saħħtu jġorr ħaxix niexef. 14  Filgħaxija, se jkun hemm it-twerwir. Qabel ma jisbaħ, mhux se jkun hemm għedewwa. Hekk se jiġrilhom dawk li qed iħarbtuna,U dawk li qed jisirquna.

Noti taʼ taħt

Letteralment “it-tfal t’Iżrael.”
Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.
Jew “fil-Pjanura l-Baxxa.”
Jew “alla barrani.”