Isaija 55:1-13
55 Ejjew ħudu l-ilma, intom kollha li għandkom l-għatx.
Ejjew ixtru u kulu, intom li m’għandkomx flus.
Iva, ejjew ixtru l-inbid u l-ħalib mingħajr flus u b’xejn.
2 Għala tkomplu tħallsu l-flus għal dak li mhux ħobż,U għala tonfqu dak li taqilgħu* għal dak li ma jagħtikomx sodisfazzjon?
Isimgħuni sew, u kulu ikel tajjeb,U se tieħdu* ħafna pjaċir b’ikel bnin.
3 Agħtu kasi* u ejjew għandi.
Isimgħuni u tibqgħu ħajjin,*U jien inkun lest li nagħmel patt magħkom li jibqaʼ għal dejjemFi qbil mal-wegħda taʼ mħabba u lealtà* li għamilt maʼ David.
Din il-wegħda hi taʼ min jafdaha.*
4 Jien għamiltu xhud,Mexxej, u kmandant għall-popli.
5 Int* se tgħajjat lil poplu li ma tafx,U nies li ma jafukx se jiġu jiġru għandekMinħabba Ġeħova l-Alla tiegħek, il-Qaddis t’Iżrael,Għax hu se jigglorifikak.
6 Fittxu lil Ġeħova waqt li jistaʼ jinstab.
Għajtulu waqt li qiegħed qrib.
7 Ħalli l-ħażin ibiddel il-mod kif jgħixU dak mill-agħar ibiddel il-mod kif jaħseb.
Ħa jerġaʼ lura għand Ġeħova, li se jkollu ħniena minnu,Għand l-Alla tagħna, li jaħfer bil-kbir.*
8 Ġeħova jgħid: “Għax il-ħsibijiet tiegħi mhumiex bħall-ħsibijiet tagħkom,U dak li nagħmel jien mhuwiex bħal dak li tagħmlu intom.
9 Daqskemm is-sema hi ogħla mill-art,Daqshekk hu bil-wisq aħjar dak li nagħmel jien minn dak li tagħmlu intomU l-ħsibijiet tiegħi mill-ħsibijiet tagħkom.
10 Meta jinżlu x-xita u l-borra mis-semaMa jerġgħux lura hemm qabel ixarrbu l-art, u b’hekk din tinbet u tagħmel il-frott.
U n-nies ikollhom x’jiżirgħu u x’jieklu.
11 Hekk se jiġri minn dak li ngħid.
Mhux se jiġi lura għandi mingħajr riżultati,Imma żgur li dak li ngħid se jitwettaq kif jogħġobni,*U żgur li se jsir bħalma għedt.
12 Għax intom se toħorġu bil-ferħ,U se tinġiebu lura fil-paċi.
Il-muntanji u l-għoljiet se jifirħu quddiemkom b’għajjat taʼ ferħ,U s-siġar se jċapċpu jdejhom.
13 Minflok l-għollieq se tikber is-siġra tal-ġnibru.
U minflok il-ħurrieq is-siġra tar-riħan.
Dawn l-affarijiet se jagħmlu lil Ġeħova magħruf,U jkunu sinjal għal dejjem li qatt ma jinqered.”
Noti taʼ taħt
^ Jew “il-flus li ħdimtu iebes għalihom.”
^ Jew “U ruħkom se tieħu.”
^ Letteralment “Mejlu widnejkom lejja.”
^ Jew “ruħkom tibqaʼ ħajja.”
^ Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “leali.”
^ Qed jirreferi għal Ġakobb, jew Iżrael.
^ Jew “jaħfer mill-qalb.”
^ Jew “kif irrid jien.”

