Isaija 43:1-28

  • Ġeħova jerġaʼ jiġbor lill-poplu tiegħu (1-7)

  • L-allat jgħaddu ġuri (8-13)

    • “Intom ix-xhieda tiegħi” (10, 12)

  • Jiġu meħlusin minn Babilonja (14-21)

  • “Ejja nġibu l-każ tagħna kontra xulxin” (22-28)

43  Ġakobb, Ġeħova hu l-Ħallieq tiegħek,Iżrael, hu l-Wieħed li għamlek. Hu jgħid: “Tibżax, għax jien xtrajtek lura. Jien għajjattlek b’ismek. Int tiegħi.  2  Meta tgħaddi mill-ilmijiet, jien se nkun miegħek,Meta tgħaddi mix-xmajjar, dawn mhux se jgħerrquk. Meta tgħaddi min-nar, mhux se tinħaraq,U l-fjamma mhux se xxawtek.  3  Għax jien Ġeħova l-Alla tiegħek,Il-Qaddis t’Iżrael, Dak li Jsalvak. Jien tajt l-Eġittu, l-Etjopja, u lil SebaBħala fidwa* għalik.  4  Għax int prezzjuż għalija,Ġejt onorat, u jien inħobbok. Allura se nagħti popli minflokokU ġnus biex insalva lil ħajtek.  5  “Tibżax, għax jien miegħek. Jien se nġib lit-tfal tiegħek mil-LvantU niġborkom flimkien mill-Punent.  6  Jien se ngħid lit-Tramuntana, ‘Ġibhom!’ U lin-Nofsinhar, ‘Iżżommhomx lura. Ġib lit-tfal subien tiegħi mill-bogħod, u lit-tfal bniet tiegħi minn truf l-art,  7  Lil kull min jissejjaħ b’ismiU lil kull min ħlaqt għall-glorja tiegħi stess,Li lilu għamilt.’  8  Oħroġ il-poplu li għalkemm għandu għajnejn, ma jarax,U għalkemm għandu widnejn, ma jismax.  9  Ħa jinġabru f’post wieħed il-ġnus kollha,U l-popli flimkien. Min fosthom jistaʼ jgħid l-affarijiet li se jiġru? Jew isemmgħulna l-ewwel affarijiet?* Ħa jagħtu x-xhieda tagħhom biex juru li għandhom raġun,Jew ħa jisimgħu u jgħidu, ‘Dan hu veru!’” 10  Ġeħova jgħid: “Intom ix-xhieda tiegħi,Iva, il-qaddej tiegħi li jien għażilt,Sabiex tkunu tafuni u tafdawni,*U tifhmu li jien l-istess Wieħed. Qabli ma kien hemm ebda Alla ieħor,U warajja mhu se jkun hemm ħadd. 11  Jien Ġeħova, u jien biss nistaʼ nsalva lil ħaddieħor.” 12  Ġeħova jgħid: “Jien il-Wieħed li għedt dak li se jiġri, li salvajtkom, u li għamilt dan magħrufMeta ma kien hemm ebda alla barrani fostkom. Intom ix-xhieda tiegħi, u jien l-Alla l-veru. 13  Ukoll, jien dejjem l-istess Wieħed;Ħadd ma jistaʼ jiħodli xejn minn idi. Meta naġixxi, ħadd ma jistaʼ jfixkilni.” 14  Hekk jgħid Ġeħova, Dak li Jixtrikom Lura, il-Qaddis t’Iżrael: “Minħabba fikom se nibgħat armata f’Babilonja u nwaqqaʼ l-istaneg kollha tal-bibien,U l-Kaldin, li jkunu fuq il-vapuri tagħhom, se jgħajtu minħabba d-dwejjaq li jkollhom. 15  Jien Ġeħova, il-Qaddis tagħkom, Dak li Ħalaq lil Iżrael, ir-Re tagħkom.” 16  Ġeħova hu l-Wieħed li għamel triq fil-baħarU passaġġ minkejja li kien hemm ilmijiet qawwijin. 17  Hu l-Wieħed li ġiegħel joħroġ il-karru tal-gwerra u ż-żiemel,U l-armata mal-gwerriera b’saħħithom. Hu jgħid: “Huma se jimteddu u ma jqumux. Se jispiċċaw fix-xejn bħalma tintefa ftila.” 18  “Tiftakrux l-affarijiet taʼ qabel,U toqogħdux thewdnu fuq il-passat. 19  Jien qed nagħmel xi ħaġa ġdida;Anki issa qed tidher. M’intomx tagħrfuha? Se nagħmel triq fix-xagħriU xmajjar fid-deżert. 20  L-annimali slavaġ, il-klieb slavaġ,U n-ngħam* se jonorawni,Għax jien nipprovdi ilma fix-xagħriU xmajjar fid-deżert. Dan għamiltu biex jixrob minnhom il-poplu li jien għażilt, 21  Il-poplu li għamilt għalija nnifsiĦalli jkun jistaʼ jfaħħarni. 22  Imma int ma tlabtx lili biex ngħinek, Ġakobb,Għax xbajt minni, Iżrael. 23  Int ma ġibtlix nagħaġ għall-offerti sħaħ tal-ħruq,U lanqas ma gglorifikajtni bis-sagrifiċċji tiegħek. Jien ma ġegħeltekx iġġibli rigal,U lanqas dejjaqtek billi tlabtek inċens abjad. 24  Ma xtrajtlix qasba aromatika,U ma ssodisfajtnix bix-xaħam tas-sagrifiċċji tiegħek. Minflok, int taqqaltni bid-dnubiet tiegħekU għejjejtni bl-iżbalji tiegħek. 25  Jien il-Wieħed li qed inħassar għalkollox in-nuqqasijiet* tiegħek minħabba ismi stess,U mhux se niftakar id-dnubiet tiegħek. 26  Ejja nġibu l-każ tagħna kontra xulxin; jekk insejt xi ħaġa, fakkarni;Għidli l-verżjoni tiegħek biex turi li għandek raġun. 27  L-ewwel missier tiegħek* dineb,U l-kelliema* tiegħek stess irribellaw kontrija. 28  Għalhekk, se niddiżonora l-kapijiet tat-tempju. Jien se nagħti lil Ġakobb biex jinqeredU nġiegħel lil Iżrael jiġi mgħajjar.

Noti taʼ taħt

Jistaʼ jkun qed jirreferi għall-ewwel affarijiet li se jiġru fil-futur.
Jew “ikollkom fidi fija.”
Jiġifieri ostriches.
Jew “l-azzjonijiet ribellużi.”
Jiġifieri Adam.
Jistaʼ jkun qed jirreferi għal dawk li jgħallmu l-Liġi.