Isaija 64:1-12

  • Tkompli t-talba tal-indiema (1-12)

    • Ġeħova, “int Dak li tagħmel il-fuħħar” (8)

64  Mank ċarratt is-sema u nżilt,Ħalli l-muntanji jitheżżu minħabba fik.  2  Mank inżilt bħan-nar li jqabbad il-friegħi nexfinU jgħalli l-ilma,Kieku l-għedewwa tiegħek kienu jsiru jafu b’ismek,U l-popli kienu jirtogħdu quddiemek!  3  Meta għamilt affarijiet tal-għaġeb li lanqas għaddew minn moħħna,Int inżilt, u l-muntanji theżżu quddiemek.  4  Minn żmien twil ilu, ħadd ma semaʼ, ta kas,Jew ra Alla ħliefek,Li taġixxi għal dawk li jistennewk bil-paċenzja.  5  Int ilqajt lil dawk li jagħmlu dak li hu sew bil-ferħDawk li jiftakru fik u jagħmlu li trid int. Int kont irrabjat ħafna,Għax aħna bqajna nidinbu għal ħafna żmien. Allura hemm tama għalina li nsalvaw?  6  Kollha kemm aħna sirna bħal xi ħadd mhux nadif,U l-affarijiet tajbin kollha li għamilna huma bħal biċċa maħmuġa.* Aħna se ninxfu bħall-weraq,U l-iżbalji tagħna se jġorruna bħar-riħ.  7  M’hemm ħadd li qed ifaħħar lil ismek,U ħadd mhu qed jipprova jfittex l-għajnuna tiegħek,Għax int ħbejt wiċċek minna,U tħallina niġu fix-xejn* minħabba l-iżbalji tagħna.  8  Imma issa Ġeħova, int Missierna. Aħna t-tafal, u int Dak li tagħmel il-fuħħar;*Aħna lkoll xogħol idejk.  9  Ġeħova, tirrabjax iżżejjedU tibqax tiftakar l-iżbalji tagħna għal dejjem. Jekk jogħġbok, ftakar li aħna lkoll il-poplu tiegħek. 10  Il-bliet qaddisin tiegħek saru deżert. Sijon saret deżertU Ġerusalemm art abbandunata. 11  It-tempju qaddis u glorjuż* tagħna,Fejn kienu jfaħħruk missirijietna,Ġie maħruq bin-narU l-affarijiet kollha li kienu għal qalbna saru ħerba. 12  Ġeħova, meta tara dan, se tibqaʼ ma tagħmel xejn? Se tibqaʼ kwiet u se tħallina nbatu daqshekk?

Noti taʼ taħt

Jew “biċċa mċappsa bid-demm taʼ mara bit-tnixxija.”
Letteralment “indubu.”
Jew “Dak li tifformana.”
Jew “sabiħ.”