Isaija 46:1-13

  • Id-differenza bejn l-idoli taʼ Babilonja u l-Alla t’Iżrael (1-13)

    • Ġeħova jgħid x’se jiġri fil-futur (10)

    • Għasfur tal-priża minn fejn titlaʼ x-xemx (11)

46  L-allat Bel u Nebo huma bħal bnedmin li qed jitgħawġu ’l isfel. L-idoli tagħhom tgħabbew fuq il-bhejjem tat-tagħbijaBħal bagalji li jtaqqlu l-annimali għajjenin.  2  Huma jitgħawġu ’l isfel flimkien;Ma jistgħux isalvaw it-tagħbija,*U huma stess imorru fil-jasar.  3  “Isimgħu minni, dar taʼ Ġakobb, u intom kollha li għad fadal mill-Iżraelin,Li kont hemm għalikom minn meta twilidtu, u ġarrejtkom minn mindu kontu f’żaqq ommkom.  4  Jien se nibqaʼ l-istess anki meta tixjieħu;Jien se nibqaʼ nappoġġakom anki meta xagħarkom isir griż. Bħalma għamilt, jien se nġorrkom, nappoġġakom, u nsalvakom.  5  Hemm xi ħadd daqsi biex tqabbluh miegħi? Maʼ min se tqabbluni jew ixxebbhuni?  6  Hemm dawk li joħorġu ammont kbir taʼ deheb mill-borża tal-flus tagħhom;Huma jiżnu l-fidda, Iqabbdu ħaddied biex jagħmilhielhom f’alla, Imbagħad jinxteħtu fl-art quddiemu u jqimuh.*  7  Huma jerfgħuh fuq spallejhom;Iġorruh u jpoġġuh f’postu. Dan jibqaʼ hemm u ma jiċċaqlaqx minn postu. Huma jgħajtulu, imma ma jwiġibx;Ma jistaʼ jsalva lil ħadd mill-inkwiet.  8  Ftakru dan u kunu kuraġġużi. Żommu dan f’moħħkom, intom li tiksru l-liġi.  9  Ftakru fl-affarijiet tal-passat,* f’dawk taʼ żmien twil ilu. Ftakru li jien Alla,* u m’hemmx ieħor. Jien Alla, u m’hemm ħadd bħali. 10  Mill-bidu, jien ngħid x’se jiġri,U minn żmien twil ilu, ngħid l-affarijiet li għadhom ma sarux. Jien ngħid, ‘Dak li niddeċiedi* se jsir żgur,U se nagħmel dak li jogħġobni.’ 11  Qed ngħajjat lil għasfur tal-priża minn fejn titlaʼ x-xemx,*U r-raġel minn art ’il bogħod biex jagħmel dak li ddeċidejt.* Jien għedtu dan, u se nara li jsir. Daħħaltu f’moħħi, u se nagħmlu wkoll. 12  Isimgħu minni, intom taʼ raskom iebsa,Intom li qegħdin ’il bogħod milli tagħmlu dak li hu sew. 13  Iż-żmien li fih se nuri l-ġustizzja hu qrib;Mhux ’il bogħod. Jien mhux se ndum biex insalva n-nies. Se nsalva lil Sijon, u nagħti s-sbuħija tiegħi lil Iżrael.”

Noti taʼ taħt

Jiġifieri l-idoli li tgħabbew fuq l-annimali.
Letteralment “imilu quddiemu.”
Letteralment “fl-ewwel affarijiet.”
Jew “id-Divin.”
Jew “L-iskop tiegħi.”
Jew “mil-Lvant.”
Jew “l-iskop tiegħi.”