Isaija 8:1-22

  • L-attakk li se jagħmel ir-re tal-Assirja (1-8)

    • Maħer-salal-ħas-baż (1-4)

  • Tibżgħux għax Alla hu magħna! (9-17)

  • Isaija u t-tfal tiegħu bħala sinjali (18)

  • Araw x’tgħid il-liġi, u mhux x’jgħidu d-demonji (19-22)

8  Ġeħova qalli: “Ħu tavla kbira u b’pinna komuni ikteb fuqha, ‘Maħer-salal-ħas-baż.’* 2  Ikkonfermali bil-miktub mix-xhieda leali Urija l-qassis u Żakkarija t-tifel taʼ Ġeberekija.” 3  Imbagħad kelli x’naqsam mal-mara tiegħi, il-profetessa. Hi ħarġet tqila u maż-żmien welldet tifel. Ġeħova mbagħad qalli: “Semmih Maħer-salal-ħas-baż, 4  għax qabel ma t-tifel jibda jgħid, ‘Ma!’ u ‘Pa!’ il-ġid taʼ Damasku u l-affarijiet prezzjużi li hemm fis-Samarija se jittieħdu u jingħataw lir-re tal-Assirja.” 5  Ġeħova reġaʼ kellimni u qalli:  6  “Minħabba li dawn in-nies irrifjutaw l-ilma taʼ Silogħa* li kien ġej ħelu ħeluU ferħu b’Resin u bit-tifel taʼ Remalija,  7  Jien, Ġeħova, se nibgħat lir-re tal-AssirjaBil-glorja kollha tiegħu biex jiġġildilhom. Hu se jiġi malajr bl-armata kbira tiegħu,Bħal meta jiġu ħafna ilmijiet f’daqqa mix-Xmara,* tfur,  8  U tkaxkar lil Ġuda. Hu se jgħerrqu u jgħaddi minnu, tant li l-ilma jilħaq sal-għonq. Hu se jimla l-art tiegħek minn tarf sa tarf,Emmanuwel!”*  9  Popli, intom se tipprovaw tweġġgħuhom, imma se tispiċċaw fix-xejn. Isimgħu, intom li ġejjin minn partijiet tal-art li huma ’l bogħod! Ippreparaw ruħkom għall-battalja, imma se tispiċċaw fix-xejn! Ippreparaw ruħkom għall-battalja, imma se tispiċċaw fix-xejn! 10  Agħmlu pjan, imma mhux se jirnexxi! Għidu li tridu, imma mhux se jiġri hekk,Għax Alla hu magħna!* 11  Meta Ġeħova kellimni ġiet il-qawwa tiegħu fuqi, u hu wissieni biex ma nagħmilx bħal dan il-poplu. Hu qal: 12  “M’għandkomx tgħidu, ‘Din hi konfoffa!’ kull meta dan il-poplu jgħid, ‘Din hi konfoffa!’ Tibżgħux minn dak li jibżgħu minnu huma;Titregħdux bil-biżaʼ. 13  Lil Ġeħova tal-armati għandkom tqisu qaddis,Minnu għandkom tibżgħu,U quddiemu għandkom titriegħdu bil-biżaʼ.” 14  Hu se jsir bħal santwarju,Imma għaż-żewġ saltniet t’Iżrael se jsir ukollBħal ġebla li jaħbtu magħhaU bħal blata li jitfixklu fiha. Hu se jsir bħal nassa u nasbaGħan-nies taʼ Ġerusalemm. 15  Ħafna minnhom se jitfixklu, jaqgħu, u jitkissru;Huma se jidħlu f’nassa u jinqabdu. 16  Agħlaq l-iskroll li fih hemm il-konferma bil-miktub;*Issiġilla l-liġi* u agħtiha lid-dixxipli tiegħi! 17  Jien se nibqaʼ nistenna* lil Ġeħova, li qed jaħbi wiċċu mid-dar taʼ Ġakobb, u se nittama fih. 18  Ġeħova tal-armati, li joqgħod fuq il-Muntanja Sijon, qed juża lili u lit-tfal li Ġeħova tani bħala sinjali u mirakli f’Iżrael. 19  Imma jekk jgħidulkom: “Staqsu għall-gwida tal-medji tal-ispirti jew taʼ dawk li jbassru l-futur, li jitkellmu fil-widnejn u jgergru minn taħt l-ilsien,” se tagħmlu hekk? In-nies għandhom jistaqsu għall-għajnuna t’Alla. Il-ħajjin m’għandhomx jistaqsu lill-mejtin għall-għajnuna. 20  Huma għandhom jaraw x’tgħid il-liġi u x’hemm ikkonfermat bil-miktub.* Meta ma jitkellmux skont dan il-kliem, ma jkollhomx dawl.* 21  U kull wieħed se jgħaddi mill-art waqt li jkun qed ibati u bil-ġuħ; u minħabba l-ġuħ u r-rabja kbira tiegħu, hu se jisħet lir-re tiegħu u lill-Alla tiegħu hekk kif iħares ’il fuq. 22  Imbagħad, hu se jħares lejn l-art u jara biss inkwiet u dlam, swidija u żminijiet diffiċli, u dalma u ebda dawl.

Noti taʼ taħt

Dan l-isem jindika li n-nies kienu se jiġu malajr biex jisirqu l-pajjiż tal-għadu.
Silogħa kien kanal tal-ilma.
Jiġifieri l-Ewfrat.
L-espressjoni “Alla hu magħna” hi t-tifsira tal-isem Emmanuwel bl-Ebrajk. Ara Is 7:14; 8:8.
Jew “ix-xhieda.”
Jew “l-istruzzjoni.”
Jew “se nistenna bil-ħeġġa.”
Jew “x’jgħidu x-xhieda.”
Letteralment “id-dawl taʼ meta jisbaħ.”