Isaija 57:1-21

  • Jisparixxu l-ġusti u dawk leali (1, 2)

  • Tinkixef il-prostituzzjoni spiritwali t’Iżrael (3-13)

  • L-umli jiġu mfarrġin (14-21)

    • Il-ħżiena huma bħal baħar imqalleb li ma jistax jikkalma (20)

    • M’hemmx paċi għall-ħżiena (21)

57  Il-ġust sparixxa,Imma ħadd ma jimpurtah. In-nies leali jmutu,Imma ħadd mhu jifhem li l-ġust miet minħabba l-inkwiet.  2  Hu jkun fil-paċi. Dawk kollha li jagħmlu dak li hu sew se jistrieħu fil-qabar.*  3  “Imma ersqu viċin,Tfal taʼ saħħara,Tfal taʼ raġel li jagħmel adulterju u taʼ prostituta.  4  B’min qed tidħqu? Kontra min qed tiftħu ħalqkom u toħorġu lsienkom barra? Intom mhux it-tfal tal-midinbinU taʼ dawk li jqarrqu?  5  Intom mhux it-tfal taʼ dawk li għandhom xewqat sesswali bla kontroll fost is-siġar kbarU taħt kull siġra b’saħħitha,Li joqtlu lit-tfal fil-widien bejn ix-xquq tal-blat?  6  Int* tagħżel l-idoli magħmulin mill-ġebel, B’hekk, dan il-ġebel se jkollok bħala wirt. Anki lilhom tferraʼ offerti tax-xorb u tagħti rigali. Għandi jien inkun sodisfatt* b’dawn l-affarijiet?  7  Int ippreparajt is-sodda* tiegħek fuq muntanja għolja,U tlajt hemm biex toffri sagrifiċċju.  8  Int għamilt sinjal bħala tifkira wara l-bieb u l-koxxa tal-bieb. Int tlaqtni u nżajt il-ħwejjeġ;Tlajt u għamilt spazju fis-sodda. Għamilt patt mal-maħbubin tiegħek. Int kont tieħu gost torqod magħhom,*U ċċassajt lejn l-organu maskili.  9  Int inżilt għand Melek* biż-żejtU b’ħafna fwieħa. Int bgħatt lill-messaġġiera tiegħek ’il bogħod,U għalhekk li nżilt fil-Qabar.* 10  Int għejejt bil-ħafna vjaġġi tiegħek,Imma m’għedtx, ‘M’għandix tama!’ Int erġajt issaħħaħt, U għalhekk ma qtajtx qalbek.* 11  Minn min bżajt u twerwirtBiex bdejt tigdeb? Int ma ftakartx fija. Ma kien jimpurtak minn xejn. Peress li jien bqajt sieket u ma tajtx kas dak li għamilt,*Int ma bżajtx minni. 12  Jien se nikxef it-taparsi sewwa tiegħek u dak li għamilt,U dawn mhux se jkunu taʼ ġid għalik. 13  Meta tgħajjat għall-għajnuna,Il-ħafna idoli tiegħek mhux se jsalvawk. Ir-riħ ikaxkarhom kollhaU ż-żiffa ttajjarhom ’l hemm. Imma kull min idur lejja għall-protezzjoni se jiret l-artU jkollu l-muntanja qaddisa tiegħi. 14  Se jintqal, ‘Agħmlu, agħmlu triq! Ippreparawha! Neħħu kull tfixkil mit-triq tal-poplu tiegħi.’” 15  Għax l-Iktar Għoli, li jgħix għal dejjemU li ismu hu qaddis, jgħid: “Jien ngħix fil-post għoli u qaddis,Imma qiegħed ukoll maʼ dawk li huma mdejqin* u umli,Biex ninkuraġġixxi lill-umliU nagħti s-saħħa lill-batuti. 16  Għax jien mhux se niħodha kontrihomJew nibqaʼ rrabjat magħhom għal dejjem. Għax inkella n-nies jiddgħajfu minħabba fijaU anki l-ħlejjaq l-oħra li għamilt u li jieħdu n-nifs. 17  Jien kont irrabjat ħafna minħabba d-dnub tiegħu f’li jirsisti biex jagħmel qligħ diżonest,Għalhekk ikkastigajtu, ħbejt wiċċi, u kont irrabjat ħafna. Imma hu baqaʼ jirribella u jagħmel dak li jrid. 18  Jien rajt dak li għamel,Imma se nfejqu, niggwidah,U nfarraġ lilu u lil dawk taʼ miegħu li huma mdejqin.” 19  Ġeħova jgħid: “Jien qed noħloq kliem taʼ tifħir. Dawk li qegħdin ’il bogħod u dawk li qegħdin viċin se jibqaʼ jkollhom il-paċi,U jien se nfejjaqhom.” 20  “Imma l-ħżiena huma bħal baħar imqalleb li ma jistax jikkalma,U dan jibqaʼ jaqlaʼ l-alka u l-ħama. 21  M’hemmx paċi għall-ħżiena,” jgħid l-Alla tiegħi.

Noti taʼ taħt

Letteralment “fis-sodda tagħhom.”
Qed jirreferi għal Sijon, jew Ġerusalemm.
Jew “inkun imfarraġ.”
Aktarx tirreferi għal artal pagan jew għal post taʼ qima.
Jistaʼ jirreferi għall-qima tal-idoli.
Jew forsi “r-re.”
Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “m’għejejtx.”
Jew “u ħbejt l-affarijiet.”
Jew “niedma.”