Isaija 61:1-11
61 L-ispirtu taʼ Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* qiegħed fuqi,Għax Ġeħova għażilni* biex nipprietka aħbar tajba lill-umli.
Hu bagħatni biex infejjaq lil dawk taʼ qalbhom maqsuma,Biex ngħid lill-ilsiera li se jiġu meħlusin,Biex niftaħ għajnejn il-ħabsin,
2 Biex inxandar li wasal iż-żmien biex Ġeħova juri ħniena*U ż-żmien biex jivvendika ruħu mill-għedewwa,Biex infarraġ lil dawk kollha mdejqin
3 Biex nieħu ħsieb lil dawk li huma mdejqin minħabba dak li ġara lil Sijon,U biex nagħtihom xi ħaġa ħalli jżejnu rashom minflok l-irmied,Iż-żejt ħalli jifirħu minflok ma jkunu mdejqin,U libsa ħalli jfaħħruni minflok ma jkunu qalbhom sewda.
In-nies se jsejħulhom siġar kbar tal-ġustizzja,Li ħawwel Ġeħova biex ikunu jistgħu jigglorifikawh.*
4 Huma se jerġgħu jibnu l-postijiet li ilhom ħerba;Se jerġgħu jtellgħu l-postijiet li ilhom abbandunati żmien twil,U jerġgħu jirranġaw il-bliet li kienu ħerba,Il-postijiet li kienu ħerba fil-ġenerazzjonijiet tal-passat.
5 “L-istranġieri se jiġu u jirgħaw l-imrieħel tagħkom,U l-barranin se jkunu l-bdiewa tagħkom u dawk li jiħdulkom ħsieb id-dwieli.
6 Intom se tissejħu l-qassisin taʼ Ġeħova;In-nies se jsejħulkom il-qaddejja tal-Alla tagħna.
Intom se tużaw il-ġid tal-popli,U tiftaħru bl-affarijiet glorjużi li tirċievu mingħandhom.
7 Il-poplu tiegħi ġie mġiegħel jistħi, imma issa se jiġi mbierek id-doppju,Minflok ma jkunu umiljati, huma se jgħajtu bil-ferħ peress li jiġu mberkin.
Iva, huma se jkollhom sehem doppju fl-art tagħhom
U se jifirħu għal dejjem.
8 Għax jien, Ġeħova, inħobb il-ġustizzja,Nobgħod is-serq u l-inġustizzja.
Jien se nkun leali magħhom billi nippremjahomU nagħmel patt magħhom għal dejjem.
9 Id-dixxendenti tagħhom se jkunu magħrufin mal-ġnus,U dawk li jiġu minnhom mal-popli.
Dawk kollha li jarawhom se jindunawLi huma d-dixxendenti li ġew imberkin minn Ġeħova.”
10 Jien se nifraħ ħafna b’Ġeħova.
Se nifraħ bl-Alla tiegħi b’qalbi* kollha.
Għax hu libbisni l-ħwejjeġ tas-salvazzjoni;Dawwar miegħi l-libsa* tal-ġustizzja,Bħalma għarus jilbes turban bħal tal-qassis,U bħal għarusa li tiżżejjen bil-ġojjelli tagħha.
11 Għax bħalma l-art tnibbetU l-ġnien inibbet dak li ġie miżrugħ fih,Ġeħova s-Sid taʼ KolloxSe juri lill-popli kollha li se jagħmel ġustizzja u li se jiġi mfaħħar.
Noti taʼ taħt
^ Jew “tal-Mulej Sovran Ġeħova.”
^ Letteralment “dilikni.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati, “Midluk.”
^ Jew “waslet is-sena li Ġeħova juri l-approvazzjoni tiegħu.”
^ Jew “isebbħuh.”
^ Jew “b’ruħi.”
^ Jew “il-libsa bla kmiem.”

