Isaija 48:1-22

  • Iżrael ikkoreġut u mnaddaf (1-11)

  • Ġeħova se jaġixxi kontra Babilonja (12-16a)

  • It-tagħlim t’Alla hu taʼ ġid (16b-19)

  • “Oħorġu minn Babilonja!” (20-22)

48  Isimgħu dan, dar taʼ Ġakobb,Intom li ssejħu lilkom infuskom bl-isem t’Iżrael,Li ġejtu minn* Ġuda,Li taħilfu bl-isem taʼ Ġeħova,U li titolbu lill-Alla t’Iżrael,Għalkemm ma tagħmlux dan b’mod sinċier u ma tagħmlux dak li hu tajjeb.  2  Għax intom tgħidu li intom mill-belt qaddisaU li tiddependu mill-Alla t’Iżrael,Li ismu hu Ġeħova tal-armati.  3  “Fil-passat, jien għedtilkom x’se jiġri fil-futur. Dan għedtu jien stessU għamiltu magħruf. F’daqqa waħda, aġixxejt fuq dan u hekk ġara.  4  Peress li kont naf li intom raskom iebsa,Li għonqkom tal-ħadid u moħħkom tar-ram,  5  Jien għedtilkom minn żmien twil ilu. Jien semmajtilkom dan qabel ma ġara,Ħalli ma tgħidux, ‘L-idolu tiegħi għamel dan;L-istatwa minquxa tiegħi u l-istatwa tal-metall* tiegħi kkmandaw dan.’  6  Intom smajtu u rajtu dan kollu. M’intomx se titkellmu m’oħrajn dwar dan? Mil-lum ’il quddiem, qed inħabbrilkom affarijiet ġodda,Sigrieti moħbijin sew li ma kontux tafu bihom.  7  Issa qed jinħolqu, u m’ilhomx ħafna żmien,Dawn huma affarijiet li qatt ma smajtu bihom,B’hekk ma tistgħux tgħidu, ‘Diġà nafu bihom.’  8  Le, intom ma ridtux tisimgħu u ma fhimtux,Fil-passat ma tajtux kas. Għax jien naf li intom tqarrqu ħafna,U ġejtu msejħin midinbin minn mindu twilidtu.  9  Imma minħabba ismi, jien mhux se nirrabja;Minħabba l-glorja tiegħi, jien mhux se naġixxi kontrikomU mhux se neqridkom. 10  Jien irfinajtkom, imma mhux bħall-fidda. Jien ħallejtkom tbatu ħalli nirfinakom* bħal meta l-metall jiġi mdewweb f’forn. 11  Fil-fatt, jien se naġixxi minħabba fija stess,Għax ma nistax niġi mniġġes. Jien ma nagħti l-glorja tiegħi lil ħadd.* 12  Ismaʼ minni, Ġakobb, Iżrael li jien għażilt. Jien l-istess Wieħed. Jien l-ewwel u jien ukoll l-aħħar. 13  B’idi poġġejt il-pedament tal-art,U b’idi l-leminija frixt is-sema. Meta ngħajtilhom, dawn iqumu flimkien. 14  Inġabru flimkien kollha kemm intom u isimgħu. Min fost l-allat* qal dawn l-affarijiet? Il-wieħed* li jien, Ġeħova, inħobb Se jagħmel dak li nixtieq kontra Babilonja,U se juża l-qawwa tiegħu kontra l-Kaldin. 15  Jien stess għedt dan, u jien għajjattlu. Jien ġibtu, u se jirnexxi f’dak li jagħmel. 16  Ejjew ħdejja u isimgħu dan. Mill-bidu nett jien ma ħbejt xejn. Minn meta ġara, jien kont hemm.” U issa Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* bagħat lili, Isaija, u l-ispirtu tiegħu għandkom. 17  Ġeħova, Dak li Jixtrikom Lura, il-Qaddis t’Iżrael, jgħid: “Jien Ġeħova l-Alla tagħkom,Il-Wieħed li ngħallimkom għall-ġid tagħkom,Il-Wieħed li nurikom kif għandkom tgħixu.* 18  Kemm nixtieq li tagħtu kas il-kmandamenti tiegħi! Kieku l-paċi li jkollkom tkun bħal xmaraU t-tajjeb li tagħmlu jkun bħall-mewġ tal-baħar. 19  Dawk li jiġu minnkom u d-dixxendenti tagħkomSe jkunu daqs ir-ramel. Isimhom mhux se jitneħħa jew jinqered minn quddiemi.” 20  Oħorġu minn Babilonja! Aħarbu mill-Kaldin! Agħmlu dan b’għajjat taʼ ferħ! Xandru dwar dan! Agħmluh magħruf sa truf l-art. Għidu: “Ġeħova xtara lura lill-qaddej tiegħu Ġakobb. 21  Huma ma qabadhomx l-għatx meta mexxiehom fid-deżert. Hu ħarġilhom l-ilma mill-blata;Qasam blata u ħarġilhom ħafna ilma.” 22  Ġeħova jgħid: “Il-ħżiena mhux se jkunu fil-paċi.”

Noti taʼ taħt

Letteralment “mill-ilmijiet taʼ.”
Jew “l-istatwa minn metall imdewweb.”
Jew “Jien eżaminajtkom.” Jew forsi “Jien għażiltkom.”
Jew “Jien ma naqsam il-glorja tiegħi maʼ ħadd.”
Letteralment “fosthom.”
Jiġifieri Ċiru.
Jew “il-Mulej Sovran Ġeħova.”
Jew “immexxikom fit-triq li għandkom timxu.”