Isaija 40:1-31

  • Inkuraġġiment għall-poplu t’Alla (1-11)

    • Leħen fid-deżert (3-5)

  • Il-kobor t’Alla (12-31)

    • Il-popli huma bħal qatra f’barmil (15)

    • Alla jgħix ’il fuq “miċ-ċirku tal-art” (22)

    • Jgħajjat l-istilel kollha b’isimhom (26)

    • Alla qatt ma jegħja (28)

    • Dawk li jittamaw f’Ġeħova se jerġaʼ jkollhom is-saħħa (29-31)

40  L-Alla tagħkom jgħid, “Inkuraġġixxu, inkuraġġixxu lill-poplu tiegħi.  2  Kellmu lil Ġerusalemm biex tilħqulha qalbha,U għidulha li x-xogħol taʼ bilfors tagħha tlesta,Li hi pattiet għall-ħtija tagħha. Hi rċiviet il-kastig kollu għad-dnubiet tagħha mingħand Ġeħova.”  3  Instemaʼ leħen fid-deżert: “Ippreparaw it-triq taʼ Ġeħova! Agħmlu triq prinċipali għall-Alla tagħna li tgħaddi mid-deżert.  4  Ħa jimtela kull wied,U jitbaxxew kull muntanja u għolja. L-art imħarbta għandha tiġi nvellata,U l-art mimlija ġebel illixxata.  5  Imbagħad se tintwera l-glorja taʼ Ġeħova,U n-nies kollha se jarawha,Għax dan qalu Ġeħova.”  6  Ismaʼ! Xi ħadd qed jgħid: “Għajjat!” U ieħor staqsa: “X’se ngħajjat?” “In-nies kollha huma bħal ħaxix. L-imħabba u l-lealtà* tagħhom huma bħall-fjuri tal-għelieqi.  7  Il-ħaxix jinxefU l-fjuri jidbielu,Għax Ġeħova* jonfoħ fuqhom. In-nies żgur li huma bħal ħaxix.  8  Il-ħaxix jinxefU l-fjuri jidbielu,Imma l-kelma t’Alla tagħna tibqaʼ għal dejjem.”  9  Itlaʼ fuq muntanja għolja,Mara li qed iġġib aħbar tajba għal Sijon. Għolli leħnek sew,Mara li qed iġġib aħbar tajba għal Ġerusalemm. Għolli leħnek. Tibżax. Għid lill-bliet taʼ Ġuda: “Hawn hu l-Alla tagħkom.” 10  Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* se jiġi u juri s-saħħa tiegħu. Hu se jmexxi bil-qawwa t’idu. Il-premju li se jagħti qiegħed għandu,U l-paga li se jagħti qiegħda quddiemu. 11  Hu se jieħu ħsieb* il-merħla tiegħu bħal ragħaj, Jiġbor il-ħrief b’idu,U jġorrhom viċin qalbu.* Hu jmexxi bi ħlewwa lil dawk li jitimgħu lill-frieħ tagħhom. 12  Min jistaʼ jżomm l-ilmijiet kollha fil-pala t’idu,U jkejjel is-sema b’xiber?* Min jistaʼ jiġbor it-trab tal-art kollha f’kejla,*Jew jiżen il-muntanji u l-għoljiet f’miżien? 13  Min jistaʼ jkejjel* l-ispirtu taʼ Ġeħova,U min jistaʼ jgħallmu u jagħtih il-pariri? 14  Mingħand min ħa parir biex ikun jistaʼ jifhem,Jew min għallmu jagħmel dak li hu ġust,Jew tah l-għarfien,Jew urieh kif għandu jifhem verament? 15  Il-popli huma bħal qatra f’barmil,U jitqiesu bħal kisja trab f’miżien. Hu jgħolli l-gżejjer bħal trab fin. 16  Lanqas is-siġar tal-Libanu mhuma biżżejjed biex iżommu n-nar tal-artal jaqbad,U l-annimali slavaġ tiegħu mhumiex biżżejjed għall-offerta tal-ħruq. 17  Il-popli kollha huma bħal xi ħaġa li ma teżistix quddiemu,Hu jqishom li mhuma xejn, li mhumiex vera. 18  Maʼ min tistgħu tqabbluh lil Alla? Maʼ xiex tistgħu xxebbhuh? 19  Il-ħaddiem tas-sengħa jagħmel idolu,*Il-ħaddied jiksih bid-dehebU jaħdem ktajjen tal-fidda. 20  Raġel jagħżel siġra li ma titmermirxBiex jagħmel idolu. Hu jfittex ħaddiem tas-sengħaBiex jipprepara statwa skolpita li ma tinqelibx. 21  Ma tafux? Ma smajtux? Ma qalulkomx mill-bidu dwar dan? Ma fhimtux l-evidenza li ilha hemm minn meta tqiegħdu l-pedamenti tal-art? 22  Hemm Wieħed li jgħix ’il fuq miċ-ċirku* tal-art,U dawk li joqogħdu fiha huma bħall-ġurati. Hu qed iġebbed is-sema bħal drapp fin,U jifrixha bħal tinda li toqgħod fiha. 23  Hu jġib fix-xejn l-awtorità tal-uffiċjali taʼ pożizzjoni għolja,U jagħmel lill-imħallfin* tal-art ma jiswew għal xejn. 24  Huma bħal pjanti li għadhom kemm ġew imħawlin,Bħal żerriegħa li għadha kemm ġiet miżrugħa,U z-zokk tagħhom bilkemm jilħaq jagħmel l-għeruq,Li ma jonfoħx ir-riħ fuqhom, inixxifhom, u jtajjarhom bħat-tiben. 25  Il-Qaddis jgħid: “Min hu daqsi biex tqabbluh miegħi? 26  Ħarsu lejn is-sema. Min ħalaqhom l-istilel kollha? Il-Wieħed li joħroġhom bħal armata u li jgħoddhom waħda waħda;Hu jgħajtilhom kollha b’isimhom. Peress li għandu ammont kbir t’enerġija* u saħħa tal-għaġeb,Kollha qegħdin posthom. 27  Ġakobb, Iżrael, għala tgħid,‘Ħajti hi moħbija minn Ġeħova,Alla jinjora l-inġustizzji li għaddej minnhom’? 28  Ma tafx? Ma smajtx? Ġeħova, il-Ħallieq taʼ kulma hawn fuq l-art, hu Alla għal dejjem. Hu qatt ma jegħja jew ikun bla saħħa. Ħadd ma jistaʼ jifhem l-għerf tiegħu.* 29  Hu jagħti s-saħħa lil min hu għajjienU qawwa kbira lil min m’għandux saħħa. 30  It-tfal se jegħjew u jkunu bla saħħa,U l-ġuvintur se jitfixklu u jaqgħu, 31  Imma dawk li jittamaw f’Ġeħova se jerġaʼ jkollhom is-saħħa. Huma se jogħlew bil-ġwienaħ bħall-ajkli. Se jiġru u ma jkunux bla saħħa;Jimxu u ma jegħjewx.”

Noti taʼ taħt

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “l-ispirtu taʼ Ġeħova.”
Jew “Il-Mulej Sovran Ġeħova.”
Jew “se jirgħa.”
Letteralment “f’ħobbu.”
Id-distanza bejn it-tarf tas-subaʼ l-kbir u s-subaʼ ż-żgħir meta l-id tkun miftuħa. Ara App. B14.
Jew “f’reċipjent żgħir.”
Jew forsi “jifhem.”
Jew “statwa minn metall imdewweb.”
Jew “mill-isfera.”
Jew “lill-mexxeja.”
Jew “abbundanza t’enerġija attiva.”
Jew “l-abbiltà tiegħu li jifhem.”