Isaija 53:1-12
53 Hemm xi ħadd li wera fidi f’dak li semaʼ mingħandna?*
U lil min intweriet l-id b’saħħitha tiegħek, Ġeħova?
2 Il-qaddej se jiġi bħal fergħa żgħira quddiemu,* bħal għerq minn art niexfa.
Hu ma jidhirx speċjali jew impressjonanti;U meta narawh, id-dehra tiegħu ma tiġbidniex lejh.
3 In-nies kienu jobogħduh u jevitawh,Kien raġel li jaf x’inhu l-uġigħ u familjari mal-mard.
Wiċċu kien bħallikieku moħbi minna.*
Hu kien mibgħud, u aħna ma tajniex kasu.
4 Fil-fatt, hu stess ħa l-mard tagħna,U tgħabba bl-uġigħ tagħna.
Imma aħna qisnieh li Alla kkastigah, ġiegħlu jimrad, u jbati.
5 Imma hu ġie mniffed minħabba n-nuqqasijiet tagħna;Hu bata ħafna minħabba l-iżbalji tagħna.
Hu tgħabba bil-kastigi ħalli nkunu fil-paċi m’Alla,U minħabba l-feriti tiegħu, aħna fiqna.
6 Aħna bħal nagħaġ mitlufin,Li kull wieħed mar fejn fettillu,U Ġeħova tefaʼ l-ħtija kollha tagħna fuqu.
7 Hu kien maħqur, u ħalla lil oħrajn iweġġgħuh,Imma kien jibqaʼ kwiet.
Hu ttieħed bħal nagħġa għall-qatla,U bħal ħaruf li jkunu qed jaqtgħulu s-suf,Imma kien jibqaʼ kwiet.
8 Hu kien maħqur u ttieħed mingħajr ma ngħata ġudizzju b’mod ġust;U min se jimpurtah dwar id-dettalji tal-ġenerazzjoni tiegħu?*
Għax hu tneħħa minn mal-ħajjin;Minħabba n-nuqqasijiet tal-poplu tiegħi, hu ngħata d-daqqa tal-mewt.
9 Għalkemm ma kien għamel xejn ħażin*U ma kien qal xejn biex iqarraq,Hu ngħata qabar* mal-ħżienaU meta miet indifen mas-sinjuri.
10 Imma Ġeħova ddeċieda li hu jgħaddi minn tbatija kbira u ħallieh jimrad.
Alla, jekk tippreżenta ħajtu* bħala offerta għall-ħtija,Hu se jara lil dawk li jiġu minnu u jgħix ħajja twila.
Permezz tiegħu jseħħ dak li trid int* Ġeħova.
11 Minħabba l-uġigħ kbir tiegħu,* hu se jara xi jkun għamel u jkun sodisfatt.
Wara li għadda minn ħafna,* il-wieħed ġust, il-qaddej tiegħi,Se jgħin lil ħafna nies biex jitqiesu ġusti,U se jġorr l-iżbalji tagħhom bħal tagħbija.
12 Minħabba f’hekk, jien se nagħtih sehem maʼ ħafna oħrajn,U se jqassam dak li jieħdu mill-gwerra maʼ dawk b’saħħithom,Għax hu ta ħajtu*U tqies bħala wieħed li kiser il-liġi.
Hu ġarr id-dnubiet taʼ ħafna nies,U talab għal dawk li kisru l-liġi.
Noti taʼ taħt
^ Jew forsi “li smajna aħna?”
^ Jistaʼ jirreferi għal min qed jarah jew għal Alla.
^ Jew forsi “Hu kien bħal xi ħadd li n-nies dawru wiċċhom minnu.”
^ Jew “dwar il-mod kif għex?”
^ Jew “qatt ma kien vjolenti.”
^ Jew “Hu ngħata post għad-dfin.”
^ Jew “ruħu.”
^ Jew “dak li jogħġob lilek.”
^ Jew “it-tbatija taʼ ruħu.”
^ Jew “Bl-għarfien.”
^ Letteralment “ferraʼ ruħu sal-mewt.”

