Isaija 4:1-6

  • Sebaʼ nisa għal raġel wieħed (1)

  • Dak li Ġeħova jnibbet se jkun glorjuż (2-6)

4  U dakinhar sebaʼ nisa se jaqbdu raġel u jgħidulu: “Aħna se nieklu l-ħobż tagħnaU se nilbsu l-ħwejjeġ tagħna,Imma ħallina nissejħu b’ismekBiex ma nibqgħux niġu ddiżonorati.”* 2  Dakinhar, dak li Ġeħova jnibbet se jkun mill-isbaħ u glorjuż, u għall-Iżraelin li jibqgħu ħajjin, il-prodott tal-art se jkun sabiħ u jkunu kburin bih. 3  Kull min jibqaʼ f’Sijon u Ġerusalemm se jissejjaħ qaddis. Dawk kollha f’Ġerusalemm huma miktubin biex jgħixu hemm. 4  Ġeħova se jaħsel il-ħmieġ tan-nies taʼ Sijon u jlaħlaħ id-demm li ġie mxerred ġo Ġerusalemm. Hu se jiġġudika lil Ġerusalemm u juri kemm hu rrabjat għaliha.* 5  Ukoll, fuq il-Muntanja Sijon u fuq il-post tal-konvenzjonijiet, Ġeħova se joħloq sħaba u duħħan binhar, u fjamma nar qawwija billejl. U fuq il-post glorjuż kollu se jkun hemm il-kenn. 6  U se jkun hemm tinda* għad-dell mis-sħana taʼ matul il-ġurnata u għall-kenn u l-protezzjoni mill-maltemp u x-xita.

Noti taʼ taħt

Jiġifieri jiġu umiljati għax mhux miżżewġin u m’għandhomx tfal.
Jew “u jnaddafha.”
Letteralment “għarix.”