Isaija 62:1-12

  • L-isem ġdid taʼ Sijon (1-12)

62  Minħabba Sijon, mhux se nibqaʼ b’ħalqi magħluq,U minħabba Ġerusalemm, mhux se nibqaʼ bi kwietiSakemm il-ġustizzja tagħha tiddi bħal dawl qawwi,U s-salvazzjoni tagħha taħraq bħal torċa.  2  “Mara, il-popli se jaraw il-ġustizzja tiegħekU r-rejiet kollha l-glorja tiegħek. Se jgħajtulek b’isem ġdid,Li se jagħżlu Ġeħova stess.  3  Int se ssir bħal kuruna taʼ sbuħija f’id Ġeħova,U bħal turban taʼ re fil-pala t’id l-Alla tiegħek.  4  Mhux se jibqgħu jsejħulek mara abbandunata,U l-art tiegħek mhux se tibqaʼ msejħa ħerba. Imma int tissejjaħ L-Għaxqa Tiegħi Hi Fiha,U l-art tiegħek se tissejjaħ Il-Miżżewġa. Għax Ġeħova se jieħu pjaċir bik,U l-art tiegħek se tkun bħal waħda miżżewġa.  5  Għax bħalma żagħżugħ jiżżewweġ verġni,In-nies tiegħek se jiżżewġu lilek. L-Alla tiegħek se jifraħ bikBħalma għarus jifraħ bl-għarusa.  6  Ġerusalemm, jien qegħedt l-għassiesa fuq is-swar tiegħek. Minn filgħodu sa filgħaxija, dawn m’għandhomx jibqgħu siekta. Intom li ssemmu lil Ġeħova,Tistriħux  7  U ibqgħu itolbu lilu sakemm jistabbilixxi lil Ġerusalemm b’mod sod,Iva, sakemm dawk fuq l-art ifaħħruha.  8  Ġeħova ħalef b’idu l-leminija, bl-id b’saħħitha tiegħu: “Jien mhux se nagħti iktar iċ-ċereali* tiegħek lill-għedewwa tiegħek,U l-barranin mhux se jixorbu l-inbid ġdid tiegħek, li tħabatt għalih.  9  Imma dawk li jiġbru ċ-ċereali se jikluh u jfaħħru lili, Ġeħova;U dawk li jaqtgħu l-għeneb se jixorbu l-inbid fil-btieħi qaddisin tiegħi.” 10  Għaddu, għaddu mill-bibien. Agħmlu l-wisaʼ għan-nies. Agħmlu t-triq prinċipali. Neħħulha l-ġebel. Għollu arblu bħala sinjal għall-popli. 11  Ġeħova xandar sa truf l-art: “Għidu lill-belt taʼ Sijon,‘Se tiġu salvati. Il-premju li se jagħti qiegħed għandu,U l-paga li se jagħti qiegħda quddiemu.’” 12  Huma se jissejħu l-poplu l-qaddis, dawk li nxtraw lura minn Ġeħova,U int se tissejjaħ Imfittxija, Belt Mhux Abbandunata.

Noti taʼ taħt

Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.