Isaija 11:1-16

  • Il-fergħa żgħira minn Ġesse se tmexxi b’mod ġust (1-10)

    • Il-lupu u l-ħaruf se jgħixu flimkien (6)

    • L-għarfien dwar Ġeħova se jimla l-art (9)

  • Ftit se jinġiebu lura (11-16)

11  Se toħroġ fergħa żgħira miz-zokk taʼ Ġesse,U mill-għeruq tiegħu rimja li se tagħti l-frott.  2  U l-ispirtu taʼ Ġeħova se jmur u jibqaʼ fuqu,* Hu għalhekk li se jkun għaqli, se jkun kapaċi jifhem,Se jagħti pariri tajbin, se jkun b’saħħtu,Se jkollu ħafna għarfien, u se jkollu rispett kbir għal* Ġeħova.  3  Hu se jieħu pjaċir jirrispetta ħafna lil* Ġeħova. Hu mhux se jiġġudika fuq dak li jaraU lanqas jikkoreġi sempliċement fuq dak li jismaʼ.  4  Hu se jiġġudika b’mod ġust lill-batuti,U jieħu deċiżjonijiet tajbin biex jipproteġi lill-umli tad-dinja. Il-kliem tiegħu se jkun bħal bastun li se juża biex isawwat id-dinjaU biex joqtol il-ħżiena.  5  Il-ġustizzja se ssaħħu, u l-lealtà se tgħinu. Dawn se jkunu bħal ċinturin maʼ qaddu.  6  Il-lupu se joqgħod għal xi żmien mal-ħaruf,Il-leopard se jimtedd mal-gidi,U l-barri żgħir,* l-iljun, u l-annimal imsemmen se jkunu flimkien;*U tifel żgħir se jmexxihom.  7  Il-baqra u l-ors se jieklu flimkien,U l-frieħ tagħhom se jimteddu flimkien. L-iljun se jiekol it-tiben bħall-barri.  8  It-tarbija li għadha tieħu l-ħalib se tilgħab fuq il-ħofra tal-kobra,U t-tifel li qataʼ l-ħalib se jqiegħed idu fejn jgħix serp velenuż.  9  Dawn la se jagħmlu ħsaraU lanqas se jeqirdu xi ħaġa fuq il-muntanja qaddisa kollha tiegħu,Għax l-art se tkun mimlija bl-għarfien dwar ĠeħovaBħalma l-baħar hu mimli bl-ilma.* 10  Dakinhar, il-wieħed li hu mill-familja* taʼ Ġesse se jkun bħala sinjal għan-nies. Lejh se jduru l-popli għall-gwida,*U l-post taʼ mistrieħ tiegħu se jsir glorjuż. 11  Dakinhar, Ġeħova se juri l-qawwa tiegħu għat-tieni darba, biex jgħin lil dawk li baqaʼ mill-poplu tiegħu. Hu se jġibhom lura mill-Assirja, mill-Eġittu, minn Patros, minn Kus, minn Għelam, mis-Sinar,* minn Ħamat, u mill-gżejjer. 12  Hu se jgħolli arblu bħala sinjal għall-popli u jiġbor l-imxerrdin t’Iżrael, u se jiġbor flimkien l-imferrxin taʼ Ġuda mill-erbaʼ kantunieri tal-art. 13  Efrajm mhux se jibqaʼ jgħir,U dawk li jobogħdu lil Ġuda se jispiċċaw fix-xejn. Efrajm mhux se jgħir għal Ġuda,U Ġuda mhux se jobgħod lil Efrajm. 14  Huma se jinżlu malajr mill-għoljiet* tal-Filistin lejn il-Punent;Flimkien jisirqu lin-nies tal-Lvant. Huma se jieħdu taħt idejhom lil Edom u Mowab,U l-Għammonin se jkunu taħt it-tmexxija tagħhom. 15  Ġeħova se jaqsam* il-golf* tal-baħar EġizzjanU jxejjer il-ponn fuq ix-Xmara.* Bin-nifs* jaħraq tiegħu, hu se jnixxef is-sebaʼ fergħat tax-xmara,*U se jħalli lin-nies jaqsmuha bil-mixi. 16  Se jkun hemm triq prinċipali mill-Assirja għall-poplu tiegħu li jifdal,Bħalma kien hemm għal Iżrael dakinhar li ħarġu mill-art tal-Eġittu.

Noti taʼ taħt

Dan jirreferi għall-fergħa u r-rimja fl-ewwel vers.
Letteralment “jibżaʼ minn.”
Letteralment “jibżaʼ minn.”
Jew “l-għoġol.”
Jew forsi “U l-barri żgħir u l-iljun se jieklu flimkien.”
Jew “Bħalma l-ilmijiet jiksu l-baħar.”
Letteralment “mill-għerq.”
Jew “Il-popli se jfittxuh.”
Jiġifieri Babilonja.
Letteralment “itiru għal fuq l-ispalla.”
Jew forsi “jnixxef.”
Letteralment “l-ilsien.”
Jiġifieri l-Ewfrat.
Jew “Bl-ispirtu.”
Jew forsi “hu se jaqsam ix-xmara f’sebaʼ fergħat.”