Isaija 51:1-23

  • Sijon se terġaʼ ssir bħall-ġnien tal-Għeden (1-8)

  • Faraġ mingħand il-Wieħed b’saħħtu li għamel lil Sijon (9-16)

  • It-tazza tar-rabja taʼ Ġeħova (17-23)

51  “Isimgħuni, intom li qed tistinkaw biex tagħmlu dak li hu sewwa,Intom li qed tfittxu lil Ġeħova. Aħsbu dwar il-blata li minnha ġejtu maqtugħinU dwar il-barriera li ġejtu minnha.  2  Aħsbu dwar missierkom AbrahamU dwar Sara li wilditkom. Għax hu kien waħdu meta għajjattlu,U jien beriktu u għamiltu ħafna.  3  Għax Ġeħova se jfarraġ lil Sijon. Hu se jirranġa* l-postijiet kollha mħarbtin tagħha,Ix-xagħri tagħha se jagħmlu bħall-Għeden,U l-pjanura tad-deżert tagħha bħall-ġnien taʼ Ġeħova. In-nies fiha se jkunu kuntenti u ferħanin,Se juru li huma grati u jkantaw għanjiet sbieħ.  4  Poplu tiegħi, agħti kasi,Ġens tiegħi, ismagħni. Għax se toħroġ liġi mingħandi,U se nagħmel il-ġustizzja tiegħi bħala dawl għan-nies.  5  Dalwaqt se nagħmel ġustizzja. Żgur li se nsalvakom,U se nuża l-qawwa tiegħi biex niġġudika lin-nies. In-nies tal-gżejjer se jittamaw fija,U se jistennew li jien naġixxi.  6  Ħarsu ’l fuq lejn is-semaU ’l isfel lejn l-art. Għax is-sema se tinfirex bħad-duħħan;L-art se titmermer bħall-ħwejjeġ,U dawk li joqogħdu fiha se jmutu bħan-nemus. Imma s-salvazzjoni tiegħi se tibqaʼ għal dejjem,U l-ġustizzja tiegħi qatt mhu se tiġi fix-xejn.  7  Isimgħuni, intom li tafu dak li hu sewwa,Intom in-nies li għandkom il-liġi* tiegħi f’qalbkom. Tibżgħux mit-twaqqigħ għaċ-ċajt tan-nies,U titwerwrux minħabba li jgħajrukom.  8  Għax kamla se tikolhom bħalma tiekol il-ħwejjeġ;Il-kamla tal-ħwejjeġ* se ġġibhom fix-xejn bħalma tagħmel lis-suf. Imma l-ġustizzja tiegħi se tibqaʼ għal dejjem,U s-salvazzjoni tiegħi għall-ġenerazzjonijiet kollha.”  9  Jalla Ġeħova jgħolli idu! Iva, ħa jgħolli idu biex juri l-qawwa tiegħu. Jalla jgħolliha bħalma għamel żmien twil ilu, fil-ġenerazzjonijiet tal-passat. Mhux int li ġibt lil Raħab* biċċiet,Li niffidt il-monstru tal-baħar? 10  Mhux int il-wieħed li nixxift il-baħar, il-ħafna ilmijiet tiegħu? Il-wieħed li għamilt triq fil-fond tal-baħar biex jgħaddu minnha dawk li xtrajt lura? 11  Dawk li Ġeħova feda* se jiġu lura. Huma se jiġu Sijon b’għajjat taʼ ferħ,U l-ferħ tagħhom mhu se jispiċċa qatt. Se jkunu kuntenti u ferħanin,U mhux se jibku jew ikunu mdejqin. 12  Alla jgħid: “Jien stess se nfarraġkom. Għala għandek* tibżaʼ minn bniedem li se jmut,U minn bin il-bniedem li jinxef bħall-ħaxix aħdar? 13  Jien Ġeħova, Dak li Għamiltek,Jien il-Wieħed li frixt is-sema u għamilt il-pedament tal-art. Għala nsejtni? Il-ġurnata kollha tibżaʼ mir-rabja taʼ dak li jaħqrek,*U ħsibt li jistaʼ jeqirdek. Imma issa fejn hi r-rabja taʼ dak li jaħqrek? 14  Dalwaqt se jinħeles min hu marbut bil-ktajjen;Hu mhux se jmut jew imur fil-ħofra,U se jkollu x’jiekol. 15  “Imma jien Ġeħova l-Alla tiegħek,Li nċaqlaq il-baħar u nagħmel il-mewġ tiegħu qawwi ħafna. Jien jisimni Ġeħova tal-armati. 16  Se ngħidlek dak li għandek ixxandar,U se nipproteġik b’idi,Sabiex inqiegħed is-sema postha u nagħmel il-pedament tal-artU ngħid lil Sijon, ‘Int il-poplu tiegħi.’ 17  Ġerusalemm, stenbaħ! Stenbaħ! Qum! Jien, Ġeħova, tajtek it-tazza tar-rabja kbira tiegħi u int xrobt minnha. Int xrobt mit-tazza tal-inbid;Int battalt it-tazza, u b’hekk qed tixxengel. 18  Ħadd mit-tfal kollha li wellidt mhu hemm biex jiggwidak,U ħadd mit-tfal kollha li rabbejt mhu qed iżommlok idek. 19  Se jiġrulek dawn iż-żewġ affarijiet. Qerda u ħerba, u se tiffaċċja l-ġuħ u gwerra. Min se jħoss għalik? Min se jfarrġek? 20  It-tfal tiegħek tahom ħass ħażin. Huma mimdudin f’kull kantuniera tat-triqBħal nagħaġ slavaġ f’xibka. Huma se jesperjenzaw bis-sħiħ ir-rabja u l-kastig tiegħi, Ġeħova l-Alla tiegħek.” 21  Jekk jogħġbok, ismaʼ dan,Int li qisek mara li qed tbati u fis-sakra, għalkemm mhux bl-inbid. 22  Hekk jgħid Ġeħova l-Mulej tiegħek, l-Alla tiegħek li jiddefendi l-poplu tiegħu: “Se nieħu minn idek it-tazza li ġġiegħlek tixxengel. It-tazza tal-inbid, it-tazza tar-rabja kbira tiegħi;Qatt iktar mhu se terġaʼ tixrob minnha. 23  Se nqegħedha f’idejn dawk li qed jaħqruk,Dawk li qalulek,* ‘Imtedd ħalli ngħaddu minn fuqek!’ Għalhekk int għamilt dahrek bħall-art,U bħal triq biex jgħaddu minnha.”

Noti taʼ taħt

Letteralment “ifarraġ.”
Jew “l-istruzzjoni.”
Jew forsi “Id-dudu.”
Qed jirreferi għal Sijon.
Jew “irossok.”
Jew “qalu lil ruħek.”