Isaija 33:1-24

  • Ġudizzju u tama għal min jagħmel dak li hu tajjeb (1-24)

    • Ġeħova hu Mħallef, il-Wieħed li Jagħti l-Liġi, u Re (22)

    • Ħadd mhu se jgħid: “Jien marid” (24)

33  Ħażin għalik, int li teqred lil oħrajn u li għadek ma nqridtx;Int li tqarraq u li ma ġejtx imqarraq! Meta tieqaf teqred lil oħrajn, int se tiġi meqrud. Meta tieqaf tqarraq, int se tiġi mqarraq.  2  Ġeħova, ħenn għalina. Aħna nittamaw fik. Saħħaħna kull filgħodu,U salvana fi żmien taʼ tbatija.  3  In-nies jaħarbu meta jisimgħu ħoss qawwi. Meta tieħu azzjoni, il-ġnus jinfirxu.  4  Bħalma l-ġurati jkaxkru kulma jsibu quddiemhom, hekk se tiġi mkaxkra l-priża tagħkom. In-nies se jaqbżu fuqha bħal ħafna ġurati.  5  Ġeħova se jiġi mfaħħar,Għax hu jgħix fis-sema. Hu se jgħin lin-nies taʼ Sijon jaġixxu bil-ġustizzja.  6  Hu l-wieħed li jipproteġikom. Dak li hu taʼ valur kbirHu l-mod tal-għaġeb kif qed isalvakom, l-għerf u l-għarfien li qed jagħtikom, u r-rispett kbir* li għandkom għal Ġeħova.  7  L-irġiel kuraġġużi tagħhom qed jgħajtu fit-triq;Il-messaġġiera tal-paċi jibku fuq li jibku.  8  It-toroq prinċipali vojta;Ħadd ma jgħaddi mit-toroq. L-għadu kiser il-patt;Hu ma jinteressahx mill-bliet,U ma jagħti kas taʼ ħadd.  9  L-art tibki* u tispiċċa fix-xejn. Il-Libanu qed jistħi għax spiċċa fix-xejn. Is-Saron saret bħad-deżert,U l-Basan u l-Karmel qed iwaqqgħu l-weraq tagħhom. 10  Ġeħova jgħid: “Issa se nieħu azzjoni,Issa se nuri s-saħħa tiegħiU se nigglorifika lili nnifsi. 11  Il-pjanijiet tagħkom u dak li tagħmlu ma jiswew għal xejn bħal ħaxix niexef u tiben. L-attitudni ħażina tagħkom se tiblagħkom bħan-nar. 12  Il-popli se jsiru bħal dak li jifdal mill-ġir maħruq. Se jinħarqu bħax-xewk maqtugħ. 13  Intom li qegħdin ’il bogħod, isimgħu x’se nagħmel! U intom li qegħdin qrib, agħrfu s-saħħa tiegħi. 14  Il-midinbin* f’Sijon imwerwrin;L-apostati qed jitriegħdu u jgħidu: ‘Min minna jistaʼ jgħix fejn in-nar qed jiblaʼ kollox? Min minna jistaʼ jgħix fin-nirien li ma jintfewx?’ 15  Il-wieħed li l-ħin kollu jagħmel dak li hu tajjeb,Li jgħid il-verità,Li jirrifjuta qligħ diżonest u bil-qerq,Li ma jaċċettax tixħim,*Li ma jismax il-pjanijiet għal qtil,U li jagħlaq għajnejh biex ma jarax il-ħażen 16  Se jgħix fl-għoli;U l-post taʼ protezzjoni* tiegħu se jkun fi blat li diffiċli biex jintlaħaq. Hu dejjem se jkollu l-ħobż,U l-ilma qatt mhu se jispiċċalu.” 17  Intom se taraw re fl-aqwa tiegħu;Se taraw art ’il bogħod. 18  Se tiftakru f’dan* iż-żmien tal-biżaʼ u tistaqsu lilkom infuskom: “Fejn hu s-segretarju? Fejn hu dak li jħallas it-taxxa? Fejn hu dak li jgħodd it-torrijiet?” 19  Mhux se taraw iżjed nies arroganti,Nies li l-lingwa tagħhom ma tifhimhiex,Li meta jitkellmu jinstemgħu qed itemtmu u ma tifhimhomx. 20  Ħarsu lejn Sijon, il-belt fejn niċċelebraw il-festi tagħna! Se taraw li Ġerusalemm hi post li fih tgħix fil-paċi,Tinda li qatt mhu se tiċċaqlaq. L-imsiemer tagħha qatt mhu se jinqalgħu,U l-ħbula tagħha mhux se jinqatgħu. 21  Hemmhekk, il-Maestuż Ġeħova,Se jipproteġina bħalma x-xmajjar u l-kanali wesgħin jipproteġu belt. Fejn l-ebda vapur tal-gwerra ma jmur,U l-ebda vapur tal-għaġeb ma jgħaddi minn hemm. 22  Għax Ġeħova hu l-Imħallef tagħna,Ġeħova hu l-Wieħed li Jagħtina l-Liġi,Ġeħova hu r-Re tagħna;Hu l-Wieħed li se jsalvana. 23  Il-ħbula tal-vapuri tal-għadu se jiddendlu;Ma jistgħux iżommu l-arblu wieqaf u lanqas jiftħu l-qlugħ. Dak iż-żmien, se tinqasam priża kbira;Anki min izappap se jieħu ħafna ġid. 24  U ħadd minn dawk li jgħixu hemm ma jgħid: “Jien marid.” In-nies li jgħixu fl-art se jinħafrilhom l-iżball tagħhom.

Noti taʼ taħt

Letteralment “il-biżaʼ.”
Jew forsi “nixfet.”
Jew “In-nies li jagħmlu d-dnub.”
Jew “Li jwarrab idejh biex ma jixxaħħamx.”
Jew “il-post fl-għoli taʼ sigurtà.”
Jew “F’qalbkom se timmeditaw dwar dan.”