Isaija 5:1-30
5 Jekk jogħġobkom, ħalluni ħa nkanta lill-maħbub tiegħiGħanja dwar l-għażiż tiegħi u l-għalqa tad-dwieli tiegħu.
Il-maħbub tiegħi kellu għalqa tad-dwieli fuq għolja b’ħamrija tajba.
2 Hu ħaffirha u neħħa l-ġebel,
Ħawwel fiha dwieli tal-aqwa għeneb aħmar,Bena torri f’nofsha,U ħaffer post fejn jagħsar l-għeneb.
Imbagħad baqaʼ jittama li tagħmel għeneb tajjeb,Imma għamlet biss għeneb salvaġġ.
3 “Issa intom nies taʼ Ġerusalemm u rġiel taʼ Ġuda,Jekk jogħġobkom, iġġudikaw bejni u bejn l-għalqa tad-dwieli tiegħi.
4 Xi stajt nagħmel iktar għall-għalqa tad-dwieli tiegħiLi għadni m’għamiltux?
Għala għamlet biss għeneb salvaġġ,Meta jien ittamajt għal għeneb tajjeb?
5 Jekk jogħġobkom, ħa ngħidilkomX’se nagħmlilha l-għalqa tad-dwieli tiegħi:
Se nneħħilha l-ilqugħ,U tiġi maħruqa.
Se nkisser il-ħajt tal-ġebelU se jgħaffġu fuqha.
6 Se nagħmilha ħerba.
Mhux se jiżbruha jew jagħżquha.
Se jikber fiha ħafna għollieq u ħaxix ħażin,U se nikkmanda lis-sħab biex ma jagħmilx xita fuqha.
7 Għax l-għalqa tad-dwieli taʼ Ġeħova tal-armati hi n-nies t’Iżrael;L-irġiel taʼ Ġuda huma s-siġar li ħawwel li tant kien jgħożż.
Hu baqaʼ jittama għall-ġustizzjaImma kien hemm l-inġustizzja;Baqaʼ jittama li n-nies ikunu ġusti,Imma minflok semaʼ biss il-biki taʼ dawk li ġew ittrattati ħażin.”
8 Ħażin għal dawk li jieħdu ħafna djarU ħafna għelieqiSakemm ma jkun fadal xejn għal ħaddieħorU huma jgħixu waħedhom fil-pajjiż!
9 Jien smajt lil Ġeħova tal-armati jaħlefLi ħafna djar, għalkemm huma kbar u sbieħ,Se jsiru tal-biżaʼU ma joqgħod fihom ħadd.
10 Għax 36 tomna* bid-dwieli se jipproduċu biss bat* inbid,U ħomer* żerriegħa se jipproduċi biss efa.*
11 Ħażin għal dawk li jqumu kmieni biex jixorbu l-alkoħol,U li jibqgħu jixorbu sa tard billejl sakemm isiru bla kontroll minħabba l-inbid!
12 Fil-festi tagħhom, huma jkollhom l-arpa u l-istrument tal-korda,It-tanburlin, il-flawt, u l-inbid;Imma ma jagħtux kas x’jagħmel ĠeħovaU ma jarawx ix-xogħol taʼ jdejh.
13 Għalhekk, il-poplu tiegħi se jmur fl-eżiljuGħax ma jafnix;Il-kbarat tagħhom se jbatu l-ġuħ,U n-nies kollha tagħhom se jkollhom nixfa bl-għatx li għandhom.
14 Għalhekk, il-Qabar* wessaʼ lilu nnifsuU fetaħ ħalqu bla limitu;U l-mexxejja taʼ Ġerusalemm, il-folol storbjużi tagħha, u dawk li jixxalawŻgur li se jinżlu fih.
15 Il-bniedem se jbaxxi rasu,Il-bniedem se jiġi umiljat,U l-kburin se jiġu umiljati.
16 Ġeħova tal-armati se jiġi mfaħħar bil-ġudizzju* li jagħmel;L-Alla l-veru, il-Qaddis, se juri li hu qaddis permezz tas-sewwa.
17 Il-ħrief se jirgħaw f’art mimlija ħaxix;Ir-residenti barranin se jieklu fil-postijiet imħarbtin fejn qabel kien hemm l-annimali mitmugħin sew.
18 Ħażin għal dawk li jigdbu!
Bil-gideb tagħhom huma jġorru l-iżball u d-dnubBħal annimal li jiġbed karru bil-ħbula.
19 Ħażin għal dawk li jgħidu: “Ħa jgħaġġel Alla biex ilesti x-xogħol tiegħu;Ħa jħaffef, ħalli nkunu nistgħu narawh.
Ħa jseħħ l-iskop* tal-Qaddis t’Iżrael,Ħalli nkunu nafu x’inhu!”
20 Ħażin għal dawk li jgħidu li t-tajjeb hu ħażin u l-ħażin hu tajjeb,Għal dawk li jibdlu d-dlam mad-dawl u d-dawl mad-dlam,U għal dawk li jibdlu l-morr mal-ħelu u l-ħelu mal-morr!
21 Ħażin għal dawk li huma għorrief f’għajnejhom stessU li jaħsbu li huma għaqlin!
22 Ħażin għal dawk li huma magħrufin li jixorbu ħafna nbid,U għall-irġiel li huma tas-sengħa f’li jħalltu x-xorb alkoħoliku.
23 Ħażin għal dawk li jaċċettaw it-tixħim biex jeħilsu lill-ħażin,U li ma jagħmlux ġustizzja maʼ min hu sewwa!
24 Għalhekk, bħalma n-nar jaħraq it-tibenU l-fjammi jġibu fix-xejn il-ħaxix ħażin,L-għeruq tagħhom se jitħassruU l-fjuri tagħhom se jinfirxu bħat-trab,Għax huma rrifjutaw il-liġi* taʼ Ġeħova tal-armati,U wrew nuqqas taʼ rispett għal dak li qal il-Qaddis t’Iżrael.
25 Hu għalhekk li Ġeħova se jirrabja ħafna mal-poplu tiegħu,U se juża l-qawwa tiegħu kontrihom u jikkastigahom.
Il-muntanji se jitheżżu,U l-iġsma mejtin tagħhom se jkunu bħaż-żibel fit-toroq.
Minħabba li huma ribellużi, hu għadu rrabjat magħhomU qed juża l-qawwa tiegħu biex jikkastigahom.
26 Hu għolla arblu bħala sinjal għal poplu li hu ’l bogħod;Hu saffrilhom biex jiġu mit-truf tal-art;U huma ġejjin malajr.
27 Ħadd minnhom mhu għajjien jew qed jitfixkel.
Ħadd mhu bi ngħas jew rieqed.
Iċ-ċinturin maʼ qaddhom hu marbut sew,U l-qfieli tas-sandlijiet tagħhom mhumiex imqattgħin.
28 Il-vleġeġ tagħhom jaqtgħu ħafnaU l-qaws tagħhom hu milwi.*
Id-dwiefer taż-żwiemel tagħhom huma bħal żniedU r-roti tagħhom bħal riefnu.
29 L-għajta tagħhom hi bħal dik taʼ ljun;Huma jgħajtu bħal iljuni b’saħħithom.
Jagħmlu ħoss tal-biżaʼ u jaħtfu l-priża,Iġorruha u ħadd ma jkun jistaʼ jsalvaha.
30 Dakinhar, huma se jgħajtu wara li jaqbduhaBħal ħoss qawwi tal-baħar.
Kull min iħares lejn l-art se jara dlam tal-biżaʼ;Anki s-sema tiddallam minħabba s-sħab.
Noti taʼ taħt
^ Jew “għaxar fiddiena.” Fiddien kien kemm kienu jaħartu żewġ barrin f’ġurnata.
^ Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “bil-ġustizzja.”
^ Jew “isseħħ id-deċiżjoni; iseħħu l-pariri.”
^ Jew “l-istruzzjoni.”
^ Jew “lest biex jispara.”