Isaija 2:1-22

  • Il-muntanja taʼ Ġeħova se titgħolla ’l fuq (1-5)

    • Ix-xwabel se jinbidlu f’sikek tal-moħriet (4)

  • Il-jum taʼ Ġeħova se jumilja lil min hu kburi (6-22)

2  Jien, Isaija t-tifel t’Għamoż, rajt dan dwar Ġuda u Ġerusalemm:  2  Fl-aħħar parti tal-jiem,*Il-muntanja li fiha hemm id-dar taʼ ĠeħovaSe tkun stabbilita fis-sod u iktar għolja mill-muntanji l-oħrajn. Din se titgħolla ’l fuq mill-għoljietU se jmorru jiġru lejha l-popli kollha.  3  Ħafna nies se jiġu u jgħidu: “Ejja nitilgħu fuq il-muntanja taʼ Ġeħova,Lejn id-dar tal-Alla taʼ Ġakobb. Hu se jgħallimna dwar it-triqat tiegħu,U aħna se ngħixu skont kif irid hu.” Għax il-liġi* se toħroġ minn SijonU l-kelma taʼ Ġeħova minn Ġerusalemm.  4  Alla se jagħmel ġudizzju fost il-popliU se jirranġa l-affarijiet għall-benefiċċju taʼ ħafna nies. Huma se jbiddlu x-xwabel tagħhom f’sikek tal-moħrietU l-lanez tagħhom fi mqassijiet taż-żabra. Poplu mhux se jiġġieled bix-xabla kontra poplu ieħorU lanqas se jitgħallem iktar jiggwerra.  5  Dar taʼ Ġakobb,Ejja ħa nimxu fid-dawl taʼ Ġeħova.  6  Għax int tlaqt lill-poplu tiegħek, jiġifieri d-dar taʼ Ġakobb,Għax huma mtlew bl-affarijiet li ġejjin mil-Lvant;Huma jipprattikaw il-maġija bħall-FilistinU fosthom qed joqogħdu ħafna barranin.  7  Il-pajjiż tagħhom hu mimli bil-fidda u d-dehebU t-teżori tagħhom ma jingħaddux. Il-pajjiż tagħhom hu mimli biż-żwiemelU l-karrijiet tagħhom ma jingħaddux.  8  Il-pajjiż tagħhom hu mimli b’allat li ma jiswew għal xejn. Huma jmilu quddiem dak li għamlu huma,Quddiem dak li għamlu b’idejhom stess.  9  Għalhekk, il-bnedmin jitbaxxew, jiġu umiljati,U int ma tistax taħfrilhom. 10  Idħlu fil-blat u nħbew fit-trabMinħabba r-rabja tal-biżaʼ taʼ ĠeħovaU l-kobor u l-glorja tiegħu. 11  Il-kburin se jkollhom ibaxxu rashom,U l-arroganti se jiġu umiljati. Ġeħova biss se jiġi mfaħħar dakinhar. 12  Għax dan hu l-jum taʼ Ġeħova tal-armati. Għax dakinhar se jikkastiga lil kull min hu kburi u supperv,Lil kulħadd, kemm jekk huma importanti u kemm jekk mhumiex, 13  U se jikkastiga lis-siġar kollha taċ-ċedri tal-Libanu li huma għoljin u kbarU lis-siġar kollha tal-balluta tal-Basan, 14  Lill-muntanji għoljin kollhaU l-għoljiet kollha li huma fl-għoli, 15  Lil kull torri għoli u sur iffortifikat, 16  U lill-vapuri kollha taʼ TarsisU lid-dgħajjes sbieħ kollha. 17  Il-kburin se jkollhom ibaxxu rashom,U l-arroganti se jiġu umiljati. Ġeħova biss se jiġi mfaħħar dakinhar. 18  L-allat li ma jiswew għal xejn se jispiċċaw għalkollox. 19  Meta Ġeħova jriegħed l-art u jġiegħel lin-nies jitwerwru,In-nies se jidħlu fl-għerien tal-blatU fil-ħofor fl-art,Minħabba r-rabja tal-biżaʼ tiegħuU l-kobor u l-glorja tiegħu. 20  Dakinhar, in-nies se jaqbdu l-allat tagħhom tad-deheb u l-fidda li ma jiswew għal xejn,Li kienu għamlu għalihom infushom biex imilu quddiemhom,U jitfgħuhom lill-ġrieden u lill-friefet il-lejl, 21  Sabiex in-nies jidħlu fil-ħofor tal-blatU fix-xquq tal-irdum. Huma se jagħmlu hekk meta Ġeħova jriegħed l-art u jġegħelhom jitwerwruMinħabba r-rabja tal-biżaʼ tiegħuU l-kobor u l-glorja tiegħu. 22  Għall-ġid tagħkom stess, tibqgħux tafdaw f’sempliċi bniedem,Li jrid jieħu n-nifs biex jibqaʼ ħaj.* Għala għandkom tagħtu kasu?

Noti taʼ taħt

Jew “Fl-aħħar jiem.”
Jew “l-istruzzjoni.”
Jew “Li nifsu qiegħed fi mnifsejh.”