Isaija 26:1-21
26 Dakinhar se jkantaw din l-għanja fl-art taʼ Ġuda:
“Aħna għandna belt b’saħħitha.
Hu jipproteġina bħas-swar tagħha u l-ġebel taʼ taħthom.
2 Iftħu l-bibien ħalli jkun jistaʼ jidħol il-poplu ġust,Poplu li jobdi lil Alla.
3 Int se tipproteġi lil dawk li jistrieħu kompletament fuqek;Int tgħinhom jibqaʼ jkollhom il-paċi,Għax huma fik jafdaw.
4 Afdaw f’Ġeħova għal dejjem,Għax Jah* Ġeħova hu l-Blata taʼ dejjem.
5 Għax hu umilja lil dawk li joqogħdu fl-għoli.
Hu jbaxxi lill-belt li qiegħda fl-għoli.
Iniżżilha ’l isfel lejn l-art;Hu jwaddabha fit-trab.
6 Din se titgħaffeġ taħt saqajn l-imsejknin,Taħt sieq il-batuti.”
7 It-triq tal-ġust hi ġusta.
Għax int* ġust,Int se twitti t-triq tal-ġust.
8 Ġeħova, hekk kif nagħmlu skont il-ġudizzji tiegħek,Aħna nittamaw fik.
Aħna* napprezzaw ħafna lil ismek u se niftakruh.*
9 Billejl nixxennaq għall-gwida tiegħek b’qalbi* kollha,Iva, nibqaʼ nfittxek bil-ħeġġa kollha;Għax meta int tiġġudika l-art,In-nies tagħha jitgħallmu dwar il-ġustizzja.
10 Anki jekk turi ħniena mal-ħażin,Hu mhux se jitgħallem il-ġustizzja.
Anki jekk jgħix fl-art tal-ġusti, hu xorta se jagħmel il-ħażin,U hu mhux se jara l-kobor tiegħek, Ġeħova.
11 Ġeħova, int tuża l-qawwa tiegħek, imma l-għedewwa ma jarawhiex.
Huma se jaraw li int tħobb ħafna* lill-poplu tiegħek u se jkollhom jistħu.
Iva, in-nar se jeqred lill-għedewwa tiegħek.
12 Ġeħova, int se tagħtina l-paċi,Għax kulma għamilna,Għamilnieh bis-saħħa tiegħek.
13 Ġeħova l-Alla tagħna, apparti int, kien hemm sidien oħrajn li mexxew fuqna,Imma aħna nfaħħru lil ismek biss.
14 Huma mejtin; mhux se jgħixu.
Bla qawwa fil-mewt, mhux se jqumu.
Għax int ikkastigajthom u qridthomĦalli n-nies ma jibqgħux jiftakruhom.
15 Ġeħova, int kabbart il-poplu tiegħek,Iva, kabbart il-poplu;Int igglorifikajt lilek innifsek.
Wessajt ħafna l-fruntieri tal-pajjiż.
16 Ġeħova, meta kienu qed ibatu, daru lejk għall-għajnuna;Huma talbu lilek minn taħt l-ilsien meta ddixxiplinajthom.
17 Ġeħova, int ġegħeltna nħossunaBħal mara tqila li waslet biex twelled,Li jkollha l-uġigħ tal-ħlas u tgħajjat bl-uġigħ.
18 Konna qisna nisa tqal u kellna l-uġigħ tal-ħlas,Imma bħallikieku wellidna r-riħ.
Ma salvajniex il-pajjiż,U ma twieled ħadd biex jgħix hemm.
19 Alla qal: “Il-mejtin tiegħek se jgħixu.
L-iġsma mejtin tal-poplu tiegħi* se jqumu.
Intom li qegħdin fit-trab,Qumu u għajtu bil-ferħ!
Għax in-nida li tiġi fuqkom hi bħan-nida taʼ filgħodu,*U l-art se tħalli lil dawk li qegħdin bla qawwa fil-mewt jieħdu l-ħajja.*
20 “Poplu tiegħi, mur, idħol fil-kmamar taʼ ġewwa tiegħek,U agħlaq il-bibien warajk.
Staħba għal ftit sakemm ma nibqax irrabjat.*
21 Għax jien, Ġeħova, se niġi mill-post fejn ngħixBiex nitlob kont min-nies tal-art għall-iżball tagħhom,U l-art se tikxef id-demm li ġie mxerred fuqhaU mhux se tkompli taħbi lin-nies tagħha li nqatlu.”
Noti taʼ taħt
^ “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.
^ Jiġifieri Alla.
^ Jew “Ruħna.”
^ Jiġifieri aħna nixtiequ ħafna li n-nies isiru jafu lil Alla u jiftakru ismu.
^ Jew “b’ruħi.”
^ Letteralment “għandek żelu.”
^ Letteralment “Il-ġisem mejjet tiegħi.”
^ Jew forsi “bħan-nida tal-ħxejjex (tal-ħobbejż).”
^ Jew “l-art se twelled lil dawk bla qawwa fil-mewt.”
^ Jew “sakemm tgħaddi l-kundanna.”

