Isaija 32:1-20
32 Re se jmexxi bis-sewwa,U hemm mexxejja li se jmexxu bil-ġustizzja.
2 Kull wieħed minnhom se jkun bħal post taʼ kenn mir-riħ,Ilqugħ* mill-maltempata,Bħal widien bl-ilma f’art mingħajr ilma,U bħad-dell taʼ blata kbira f’art niexfa.
3 Imbagħad, għajnejn dawk li jistgħu jaraw mhux se jibqgħu magħluqin,U dawk li jistgħu jisimgħu se joqogħdu attenti.
4 Dawk li ma jaħsbuhiex se jimmeditaw fuq l-għarfien,U dawk li jtemtmu se jitkellmu sew u ċar.
5 Il-wieħed ħażin mhux se jibqaʼ jissejjaħ ġeneruż,U l-bniedem bla prinċipji mhux se jissejjaħ importanti;
6 Għax il-wieħed ħażin se jitkellem bla sens.
Hu se jippjana affarijiet taʼ ħsara f’qalbuBiex iħajjar lil oħrajn għall-apostasija,*Biex jgħid dak li mhux veru kontra Ġeħova,Biex iġiegħel lil min hu* bil-ġuħ jibqaʼ mingħajr ikel,
U biex iċaħħad lil min hu bil-għatx milli jixrob xi ħaġa.
7 Il-pjanijiet taʼ dak li m’għandux prinċipji huma ħżiena.
Hu jħajjar lil oħrajn jagħmlu affarijiet tal-mistħijaBiex jeqred lill-batut bil-gideb,Anki meta l-fqir jgħid dak li hu sew.
8 Imma l-ġeneruż iħobb jagħti,U hu se jibqaʼ jkun ġeneruż.
9 Nisa li ma jinteressakom minn xejn, qumu u isimgħu minn leħni!
Bniet li ma tinkwetaw fuq xejn, oqogħdu attenti għal dak li ngħid!
10 Fi ftit iktar minn sena, intom li ma tinkwetaw fuq xejn se titkexkxu,Għax mhux se jinġabar prodott meta jispiċċa l-ħsad tal-għeneb.
11 Triegħdu, nisa li ma jinteressakom minn xejn!
Tkexkxu, intom li ma tinkwetaw fuq xejn!
Neħħu l-ħwejjeġU ilbsu ħwejjeġ tal-ixkora maʼ ġenbejkom.
12 Ħabbtu fuq sidirkom biex turu l-uġigħ li għandkomMinħabba dak li ġara lill-għelieqi u d-dwieli li jagħtu l-frott.
13 Għax l-art tal-poplu tiegħi se tkun mimlija bl-għollieq u x-xewk;Dawn se jgħattu d-djar kollha li darba kienu mimlijin ferħ,Iva, se jgħattu l-belt ferriħija.
14 Għax it-torri ffortifikat ġie mitluq;Il-belt storbjuża ġiet abbandunata.
Għofel u t-torri tal-għassa saru post mitluq għal dejjem,Post li jifirħu bih il-ħmir slavaġ,U jirgħaw fih l-imrieħel.
15 Dawn se jibqgħu hekk sakemm Alla jagħtina l-ispirtu tiegħu,Id-deżert isir ġnien tas-siġar tal-frott,U dan il-ġnien isir foresta.
16 Imbagħad żgur li se jkun hemm il-ġustizzjaFid-deżert u fil-ġnien tas-siġar tal-frott.
17 Ir-riżultat tal-ġustizzja vera se jkun il-paċi,Il-ġustizzja vera se ġġib trankwillità u sigurtà għal dejjem.
18 Il-poplu tiegħi se jgħix f’post fil-paċi,Fis-sigurtà, u b’mod trankwill.
19 Imma s-silġ se jiċċattja l-foresta,U l-belt se tinqered għalkollox.
20 Ferħanin intom li tiżirgħu ħdejn l-ilmijiet kollha,U li l-barri u l-ħmar tagħkom qegħdin fl-għalqa.*
Noti taʼ taħt
^ Jew “refuġju.”
^ Jew “Biex jaġixxi b’nuqqas taʼ rispett.”
^ Jew “lir-ruħ taʼ min hu.”
^ Jew “li titilqu l-barri u l-ħmar tagħkom.”

