Isaija 25:1-12

  • Ħafna barkiet fuq il-poplu t’Alla (1-12)

    • Ikla kbira taʼ Ġeħova bl-aqwa nbid (6)

    • Mhux ħa jkun hemm iktar mewt (8)

25  Ġeħova, int l-Alla tiegħi. Jien infaħħrek u nsebbaħ lil ismek,Għax int għamilt affarijiet tal-għaġeb,Iddeċidejt dawn l-affarijiet żmien twil ilu,U għamilt dak li għedt u wrejt li int taʼ min jafdak.  2  Għax int ġibt il-belt balla ġebel,Il-belt iffortifikata farraktha, Il-fortizza tal-barranin m’għadhiex iktar belt,U qatt mhu se terġaʼ tinbena.  3  Hu għalhekk li poplu b’saħħtu se jigglorifikak;In-nies kattivi tal-belt se jibżgħu minnek.  4  Int sirt bħal fortizza għall-batut,Bħal fortizza għall-fqir li hu inkwetat,Post taʼ kenn mill-maltempata,U dell meta jkun hemm is-sħana. Meta r-rabja taʼ dawk kattivi tkun bħal xita qawwija li tfaqqaʼ mal-ħajt  5  U bħas-sħana f’art niexfa,Int issikket l-istorbju tal-għedewwa. Il-kant taʼ dawk kattivi se jiġi msikketBħalma s-sħana tonqos bid-dell tas-sħab.  6  Fuq din il-muntanja, Ġeħova tal-armatiSe jagħmel ikla kbira għan-nies kollha. Fiha se jkun hemm l-aqwa ikel u l-itjeb laħam,U nbid mill-ifjen u tal-aqwa kwalità.  7  Fuq din il-muntanja, hu se jneħħi l-velu li qed jgħatti lill-popli kollhaU d-drapp li qiegħed imgeżwer mal-ġnus kollha.  8  Hu se jeqred* il-mewt għal dejjem,U Ġeħova s-Sid ta’ Kollox* se jimsaħ id-dmugħ taʼ kulħadd. Il-poplu tiegħu ġie mwaqqaʼ għaċ-ċajt mal-art kollha,Imma hu se jneħħi dan it-tmaqdir minn fuqhom,Għax Ġeħova hekk qal.  9  Dakinhar huma se jgħidu: “Dan hu l-Alla tagħna! Aħna ttamajna fih,U hu salvana. Dan hu Ġeħova! Aħna ttamajna fih. Ejja nifirħu ħafna għax hu salvana.” 10  Ġeħova se jipproteġi din il-muntanja bil-qawwa tiegħu,U Mowab se jitgħaffeġ fil-pajjiż tiegħu stessBħalma t-tiben jitgħaffeġ mad-demel. 11  Hu se jniżżel idu bis-saħħa fuq MowabBħalma għawwiem iniżżel idu bis-saħħa meta jgħum. Hu se jnaqqaslu s-suppervja bid-daqqiet taʼ jdejh. 12  Hu se jwaqqaʼ l-belt iffortifikata bis-swar għoljin tagħhaU jitfagħha mal-art fit-trab.

Noti taʼ taħt

Letteralment “jibla’.”
Jew “il-Mulej Sovran Ġeħova.”