Isaija 16:1-14

  • Ikompli l-messaġġ taʼ ġudizzju kontra Mowab (1-14)

16  Ibagħtu muntun lill-mexxej tal-pajjiż,Minn Sela jgħaddi mid-deżertLejn il-muntanja tal-belt taʼ Sijon.  2  Bħalma għasfur jiġi mkeċċi mill-bejta tiegħu,Hekk se jiġrilhom in-nies taʼ Mowab ħdejn l-ilmijiet baxxi tal-Arnon.  3  “Agħtu pariri, agħmlu li ddeċidejtu. Fl-aqwa tal-ġurnata agħtuhom protezzjoni b’dell li jkun skur daqs il-lejl. Aħbu lil dawk imxerrdin, u tittradixxux lil dawk li qed jaħarbu.  4  Jalla l-imferrxin tiegħi jgħixu fik, Mowab. Sir post fejn jinħbew fik minħabba dak li jeqred. Min jaħqar lil oħrajn se jiġi fi tmiemu,Il-qerda se tispiċċa,U dawk li jgħaffġu fuq oħrajn mhux se jibqgħu jeżistu fuq l-art.  5  Imbagħad re mill-familja taʼ David se jpoġġi fuq it-tron. Hu se jkun leali u t-tmexxija tiegħu se tkun soda u bbażata fuq l-imħabba u lealtà;*Hu se jiġġudika b’mod ġust u jagħmel ġustizzja malajr.  6  Aħna smajna kemm huma kburin in-nies taʼ Mowab. Smajna li huma suppervi, kburin, u rrabjati ħafna;Imma l-paroli fil-vojt tagħhom se jiġi fix-xejn.  7  Għalhekk, dawk kollha f’Mowab se jibku għal Mowab;Ilkoll se jibku fuq li jibku. Dawk li huma msawtin se jagħmlu d-dwejjaq minħabba ċ-ċapep taż-żbib taʼ Kir-ħareset.  8  Għax l-għelieqi taʼ Ħesbon nixfu,U anki d-dielja taʼ Sibma. Il-mexxejja tal-poplu għaffġu fuq il-friegħi tagħha mimlijin għenebLi kienu jaslu sa Ġagħżer,U xterdu fid-deżert. Il-friegħi tagħha nfirxu u waslu sal-baħar.  9  Hu għalhekk li se nibki minħabba d-dielja taʼ Sibma bħalma nibki għal Ġagħżer. Bid-dmugħ tiegħi se nxarrabkom għasra, Ħesbon u Elegħale,Għax m’għadux jinstemaʼ l-għajjat minħabba l-frott tas-sajf tagħkom u l-ħsad tagħkom.* 10  Il-ferħ ittieħed mill-ġnien tas-siġar tal-frott,U m’hemmx għanjiet taʼ ferħ jew għajjat fl-għelieqi tad-dwieli. Ħadd mhu qed jagħsar l-għeneb fil-post fejn jingħasar l-għeneb. Għax jien waqqaft l-għajjat. 11  Bħal kordi t’arpa qed nitriegħed minn ġewwaMinħabba li jien imdejjaq għal Mowab,U jien imdejjaq ħafna minħabba Kir-ħareset. 12  Anki meta n-nies taʼ Mowab jagħmlu sforz kbir biex iqimu fil-post taʼ qima u jmorru jitolbu fis-santwarju tagħhom, dan se jkun għalxejn. 13  Hekk kien qal Ġeħova dwar Mowab. 14  U issa Ġeħova jgħid: “Fi żmien tliet snin, bħas-snin taʼ ħaddiem mikri,* il-glorja taʼ Mowab se tkun iddiżonorata, se jkun hemm konfużjoni sħiħa, u dawk li jibqgħu se jkunu vera ftit u dgħajfa.”

Noti taʼ taħt

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew forsi “Għax l-għajta tal-gwerra ġiet fuq il-frott tas-sajf tagħkom u l-ħsad tagħkom.”
Jew “magħdudin bir-reqqa bħalma jgħoddhom ħaddiem mikri”; jiġifieri tliet snin eżatt.