Isaija 63:1-19

  • Ġeħova jivvendika ruħu mill-popli (1-6)

  • L-imħabba u l-lealtà li wera Ġeħova fil-passat (7-14)

  • Talba taʼ ndiema (15-19)

63  Min hu dan li ġej minn Edom,Minn Bosra bi ħwejjeġ b’kuluri* jgħajtu,Li għandu ħwejjeġ sbieħU qed jimmarċja bil-qawwa kbira tiegħu? “Hu jien, il-Wieħed li ngħid dak li hu sewwa,Il-Wieħed li għandi qawwa kbira biex insalva.”  2  Għala l-ħwejjeġ tiegħek huma ħomor,U għala l-ilbies tiegħek hu bħal taʼ dak li jagħsar l-għeneb?  3  “Jien għaffiġt l-għeneb għall-inbid waħdi. Ma kien hemm ħadd miegħi mill-popli. Bqajt ngħaffeġ l-għedewwa tiegħi waqt li kont irrabjat,U bqajt ngħaddi minn fuqhom waqt li kont inkorlat. Il-ħwejjeġ tiegħi ċċappsu bid-demm tagħhom,U tebbajt l-ilbies kollu tiegħi.  4  Għax jien iddeċidejt meta* se nġib vendetta,U wasal iż-żmien* li nixtri lura lill-poplu tiegħi.  5  Fittixt, imma ma kien hemm ħadd min jgħin;Bqajt mistagħġeb kif ħadd m’offra l-għajnuna. Għalhekk, irbaħt bis-saħħa tiegħi,U l-korla tiegħi stess għenitni.  6  Jien għaffiġt lin-nies meta kont irrabjat,Ġegħelthom jiskru bil-korla tiegħiU ferrajt id-demm tagħhom fl-art.”  7  Jien se nsemmi l-affarijiet li għamel Ġeħova bi mħabba u lealtà,* Se nsemmi l-affarijiet taʼ min ifaħħarhom li għamel Ġeħova,Dak kollu li għamel Ġeħova għalina,Il-ħafna affarijiet tajbin li għamel għall-poplu t’Iżrael,Minħabba li hu ħanin u juri ħafna mħabba u lealtà.  8  Għax hu qal: “Infatti huma l-poplu tiegħi, it-tfal li se jkunu leali lejja.”* Għalhekk, hu sar Dak li Jsalvahom.  9  Meta kienu qed ibatu, anki hu kien qed ibati. U l-messaġġier persunali tiegħu* salvahom. Peress li hu mħabba u ħanin, hu xtrahom luraU refagħhom u ġarrhom matul dawn is-snin kollha. 10  Imma huma rribellaw u dejqu lil Alla billi ħaduha kontra l-ispirtu qaddis tiegħu.* Imbagħad, hu sar l-għadu tagħhomU ġġieled kontrihom. 11  Huma bdew jiftakru fil-passat,Fi żmien Mosè l-qaddej tiegħu, u qalu: “Fejn hu l-Wieħed li ħariġhom mill-baħar flimkien mar-ragħajja tal-poplu tiegħu? Fejn hu l-Wieħed li ta l-ispirtu qaddis tiegħu lil Mosè?* 12  Fejn hu l-Wieħed li ggwida lil Mosè bil-qawwa kbira Tiegħu,*Li qasmilhom l-ilmijiet quddiemhomU li għamel isem għalih innifsu, li jibqaʼ mfakkar għal dejjem? 13  Fejn hu l-Wieħed li mexxiehom minn ilmijiet għoljin,*Ħalli jkunu jistgħu jimxu bla tfixkilBħal żiemel fil-kampanja?* 14  Bħalma l-annimali jistrieħu meta jinżlu fil-pjanura tal-wied,L-ispirtu taʼ Ġeħova tahom il-mistrieħ.” Int hekk mexxejt lill-poplu tiegħek,Biex tagħmel isem glorjuż* għalik innifsek. 15  Ħares ’l isfel mis-sema,Mill-post qaddis u glorjuż tiegħek li qiegħed fl-għoli. Għala m’għadekx tagħti iktar kas u tuża l-qawwa tiegħek,U ma titħassarniex u turi ħniena? 16  Għax int Missierna;Għalkemm Abraham forsi ma jafniexU Iżrael forsi ma jagħrafniex,Int, Ġeħova, Missierna. Int Dak li Xtrajtna Lura żmien twil ilu. 17  Ġeħova, għala tħallina* nitbiegħdu mit-triqat tiegħek? Għala tħallina* nwebbsu rasna, u b’hekk ma nirrispettawkx?* Erġaʼ urina ħniena, għax aħna l-qaddejja tiegħek,Il-poplu li hu l-wirt tiegħek. 18  Il-poplu qaddis tiegħek kellu l-art għal żmien qasir. L-għedewwa tagħna għaffġu taħt saqajhom is-santwarju tiegħek. 19  Għal ħafna żmien, aħna sirna bħal dawk li int qatt ma mexxejt fuqhom,Bħal dawk li qatt ma ssejħu b’ismek.

Noti taʼ taħt

Jew forsi “ħomor.”
Letteralment “il-jum meta.”
Letteralment “waslet is-sena.”
Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “mhux se jitraduni.”
Jew “l-anġlu li ġie minn ħdejh.”
Jew “nikktu l-ispirtu qaddis tiegħu.”
Letteralment “li poġġa fih l-ispirtu qaddis Tiegħu?”
Jew “li l-id glorjuża tiegħu kienet mal-id il-leminija taʼ Mosè.”
Jew “fondi.”
Jew “fid-deżert?”
Jew “sabiħ.”
Jew “iġġegħelna.”
Jew “iġġegħelna.”
Letteralment “ma nibżgħux minnek?”