Isaija 52:1-15
52 Stenbaħ! Stenbaħ! Saħħaħ lilek innifsek, Sijon!
Ilbes il-ħwejjeġ sbieħ tiegħek, Ġerusalemm, il-belt qaddisa!
Għax mhux se jidħlu iktar fik dawk mhux ċirkonċiżi u dawk mhux nodfa.
2 Qum mit-trab, tfarfar, u oqgħod bilqiegħda, Ġerusalemm.
Ħoll dak li għandek marbut m’għonqok, belt taʼ Sijon li ġejt maqbuda.
3 Għax Ġeħova jgħid:
“Intom ġejtu mibjugħin b’xejn,U se tiġu mixtrijin lura mingħajr flus.”
4 Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* jgħid:
“Għall-ewwel, il-poplu tiegħi niżel l-Eġittu biex jgħix bħala barrani;Imbagħad l-Assirja ħaqru għalxejn b’xejn.”
5 Ġeħova jgħid: “Allura issa x’għandi nagħmel?
Għax il-poplu tiegħi ttieħed b’xejn.”
Ġeħova jgħid: “Dawk li qed imexxu fuqu jiftaħru dwar danU l-ġurnata kollha ismi jiġi ttrattat b’nuqqas taʼ rispett.
6 Għal din ir-raġuni, il-poplu tiegħi se jsir jaf lil ismi;Għal din ir-raġuni, dakinhar se jsir jaf li jien qed nitkellem.
Jien qed ngħid dan!”
7 Kemm hu sabiħ dak* li ġej minn fuq il-muntanji b’aħbar tajba,Dak li jxandar il-paċi,Dak li jġib aħbar tajba taʼ xi ħaġa aħjar,Dak li jxandar dwar is-salvazzjoni,U dak li jgħid lil Sijon: “L-Alla tiegħek sar Re!”
8 Ismaʼ! L-għassiesa tiegħek għollew leħinhom.
Huma qed jgħajtu flimkien bil-ferħ,Għax se jaraw b’mod ċar lil Ġeħova jiġbor lura lil Sijon.
9 Ifirħu, għajtu bil-ferħ flimkien, postijiet imħarbtin taʼ Ġerusalemm,Għax Ġeħova farraġ lill-poplu tiegħu; hu xtara lura lil Ġerusalemm.
10 Ġeħova wera l-qawwa qaddisa tiegħu lill-popli kollha;Dawk kollha fuq l-art se jaraw dak li għamel l-Alla tagħna biex isalva l-poplu tiegħu.*
11 Intom li qed iġġorru l-għodod tad-dar taʼ Ġeħova,
Itilqu, itilqu, oħorġu minn hemm, tmissu xejn li mhuwiex nadif!
Oħorġu minn ġo nofsha u ibqgħu nodfa.
12 M’intomx se toħorġu bl-għaġla,U mhux se taħarbu tiġru,Għax Ġeħova se jkun quddiemkom,U l-Alla t’Iżrael se jkun warajkom biex jipproteġikom.
13 Il-qaddej tiegħi se jaġixxi bl-għaqal.
Hu se jingħata pożizzjoni importanti,Se jiġi onorat, u mfaħħar ħafna.
14 Bħalma kien hemm ħafna li ċċassaw lejh u stagħġbuMeta d-dehra tiegħu kienet sfigurata iktar minn taʼ kull bniedemU tant kemm inbidel li ma kienx jidher bħall-bniedem,
15 Hekk se jbellah ħafna popli.
Ir-rejiet se jagħlqu ħalqhom* quddiemu,Għax huma se jaraw dak li ħadd ma qalilhom,U se jaħsbu dwar dak li ma kinux semgħu.
Noti taʼ taħt
^ Jew “Il-Mulej Sovran Ġeħova.”
^ Jew “Kemm huma sbieħ saqajn dak.”
^ Jew “se jaraw ir-rebħa tal-Alla tagħna.”
^ Jew “se jkunu bla kliem.”

