Isaija 35:1-10

  • Se jerġaʼ jkun hawn Ġenna tal-art (1-7)

    • Dawk li ma jarawx se jaraw u dawk li ma jisimgħux se jibdew jisimgħu (5)

  • It-Triq tal-Qdusija għal dawk li huma mifdijin (8-10)

35  Ix-xagħri u l-art niexfa se jifirħu,U l-pjanura tad-deżert se tifraħ u twarrad bħaż-żagħfran.  2  Żgur li se twarrad;Din se tifraħ u tgħajjat bil-ferħ. Lilha se tingħata l-glorja tal-Libanu,U s-sbuħija tal-Karmel u tas-Saron. In-nies se jaraw il-glorja taʼ Ġeħova, is-sbuħija tal-Alla tagħna.  3  Saħħu l-idejn dgħajfinU ssodaw l-irkopptejn li qed jitriegħdu.  4  Għid lil dawk ansjużi:* “Kunu kuraġġużi. Tibżgħux. L-Alla tagħkom stess se jiġi biex jagħmel vendetta,Alla se jiġi biex jikkastiga. Hu ġej u se jsalvakom.”  5  Dak iż-żmien, dawk li ma jarawx se jarawU dawk li ma jisimgħux se jibdew jisimgħu.  6  Dak iż-żmien, dawk li jzappu se jaqbżu bħaċ-ċrievU dawk li ma jitkellmux se jgħajtu bil-ferħ. Mix-xagħri se joħorġu l-ilmijiet,U mill-pjanura tad-deżert ix-xmajjar.  7  L-art qoxqox se ssir għadira bil-qasab,U l-art bil-għatx se ssir għejun tal-ilma. Fil-post fejn jistrieħu l-klieb slavaġ,Se jkun hemm ħaxix aħdar u papiru.  8  U se jkun hemm triq prinċipali,Iva, triq li tissejjaħ it-Triq tal-Qdusija. Din se tkun għal dak li jimxi fit-triq. Min mhux nadif, ma jgħaddix minnha,L-ebda iblah mhu se jimxi fiha.  9  Ebda ljun mhu se jkun hemm,U ebda bhima feroċi mhu se tmur fiha. Mhumiex se jkunu hemm. Dawk biss li ġew mixtrijin lura mill-eżilju se jimxu fiha. 10  Dawk mifdijin* minn Ġeħova se jmorru lura Sijon b’għajjat taʼ ferħ. Il-ferħ tagħhom qatt mhu se jispiċċa. Se jkunu kuntenti u ferħaninU mhux se jibku u jkunu mdejqin.

Noti taʼ taħt

Jew “ansjużi f’qalbhom.”